2018 – Page 133 – One News

Notifiki

ARA: L-identità Maltija f’wirja tal-arti kontemporanja

Ikomplu l-attivitajiet kulturali tal-Valletta elfejn u tmintax, din id-darba b’wirja tal-arti kontemporanja bl-isem “Dal-Baħar Madwarha” li tesplora l-identità tal-abitanti tal-Gżejjer Maltin u l-Baħar Mediterran.

F’din il-wirja ġewwa ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Sant’ Iermu, tnejn u għoxrin artist u artista rinomati, kemm Maltin u kif ukoll barranin tellgħu xogħolijiet artistiċi li jippreżentaw l-identità Maltija u Mediterranja.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Amy Marie Borg tgħaddi għas-semi finali tal-Britain’s Got Talent

Amy Marie Borġ ġiet assigurata post fil-“live shows” tal-Britain’s Got Talent wara li fl-aħħar episodju l-ġurija iddeterminat min ser ikun qed javvanza għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni u min le.

Kien biss ftit tal-ġimgħat ilu li Amy iddebutat fil-Britain’s Got Talent b’rendizzjoni eċċellenti tal-diska klassika “Nella Fantasia” ta’ Ennio Morricone.

Il-filmat tal-prova tagħha fuq YouTube mis-sit uffiċċjali tal-Britain’s Got Talent kiseb popolarità qawwija fuq il-midja soċjali tant li l-filmat innifsu intwera  kważi żewġ miljun u nofs darba.

Issa jmiss nistennew is-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn fihom Amy ser tkun qed tkanta live quddiem il-ġurija u udjenzi kbar. B’kull prestazzjoni minn tagħha tiddetermina il-futur tagħha f’din il-kompetizzjoni.

Patri Montebello jibqa’ ċċensurat

Għal darboħra, l-gazzetta It-Torċa uriet kif ma kien hemm l-ebda żviluppi fil-kwistjoni tal-Patri Dumnikan, Patri Mark Montebello.

Dan hekk kif f’post il-kolonna tant popolari tal-Patri fil-gażżetta “It-Torċa”,  dehru il-kliem “Iċċensurat għat-tieni ġimgħa”

Dan minkejja li iktar kmieni din il-ġimgħa, l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni rigward din l-istess ċensura.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

B’reazzjoni għal din iċ-ċensura, kienu bosta li esprimew il-ħsibijiet tagħhom, fosthom Dun Ġorġ Dalli li waqt il-programm “Kalamita”, iktar kmieni din il-ġimgħa, faħħar lil Patri Mark għall-atteġjament tiegħu tul dan iż-żmien diffiċli.

 

Nammira lil patri Mark ukoll li obda anke jekk din l-ordni kienet ordni bla sens.

Huwa kompli jikkritika din id-deċiżjoni hekk kif fi kliemu, Patri Mark huwa persuna li jħobb il-Knisja u li jħobb jitkellem qrib il-poplu.

 

Mhux sabiħa anki li l-Knisja tidher li marret lura fi żmien il-medju evu.

Intant il-gazzetta “It-Torċa” rrapurtat li l-Provinċjal Fr. Frans Micallef nhar il-Ġimgħa tela’ Ruma.

Hemmhekk huwa mifhum li jista’ jiltaqa’ mal-Majjistru tal-Ordni Dumnikan, Fr Bruno Cadorè sabiex jiddiskutu l-kwistjoni taċ-ċensura flimkien mat-theddida li jekk jibqa’ ma jobdix ma’ l-ordnijiet li jingħatawlu, l-istess Patri jista’ jitlef l-ministeru tas-saċerdozju.

It-Turkish Airlines lejn in-nofs miljun passiġġier minn Malta

Kien fil-25 ta’ Mejju tas-sena 2013 li saret l-ewwel titjira tat-Turkish Airlines  bejn Malta u Istanbul. Dak iż-żmien kollox kien beda b’titjira waħda fil-ġimgħa, imbagħad ftit tax-xhur wara dawn telgħu għal ħames titjiriet u bid-domanda dejjem tiżdied it-titjiriet illum bejn Malta u Istanbul huma ta’  14 fil-ġimgħa jiġifieri tnejn kuljum; filgħodu u filgħaxija.

Aqra aktar

L-Ikona Venerabbli li nġabet Malta fl-1530 se jsirilha restawr

L-Ikona Venerabbli ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, meqjuma fil-Parroċċa Griega Kattolika li ġġib l-istess isem, u li tinsab fil-Belt Valletta, inġiebet Malta minn Rodi fis-sena 1530 mill-Ordni ta’ San Ġwann, flimkien mal-Ikona ta’ Sidtna Marija l-Eleimonitria (il-Ħanina) u l-Ikona ta’ Sidtna Marija ta’ Filermu. L-Ikona tmur lura għall-ħdax / tnax-il seklu u hija ta’ qisien kbar (147.5 x 102.5 ċm). L-istudjuż magħtuf tal-arti Biżantina, David Talbot Rice, mill-Università ta’ Edinburgu, jiddeskrivi l-Ikona ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku bħala “oġġett ta’ sbuħija u ta’ importanza storika liema bħalha, minbarra li hija espressjoni ta’ fidi.”

Aqra aktar

Illejla wara Emma Muscat

Illejla Emma Muscat se tkun qed tkanta għall-iskwadra Bianca fuq Canale 5.

Minn hemm imbagħad ikun deċiż minn ser jgħaddi għall-finali tal-ġimgħa d-dieħla.

Emma ġibdet bosta ammiraturi lejha fosthom ċelebritajiet Taljani bħall-plejer Balotelli u l-preżentatriċi Alessia Marcuzzi.

F’isem ONE News, Awguri Emma.

Aġġornat: Għasafar fil-magna ta’ ajruplan u strajk fi Franza joħolqu dewmien f’titjiriet tal-Air Malta

Għasafar li spiċċaw f’magna ta’ ajruplan wasslu biex il-linja tal-ajru Air Malta ħassret numru ta’ titjiriet skedati. It-titjiriet tħassru wkoll minħabba strajk tal-ATC fi Franza.

L-Ajruplan 9H-AHR ġarrab xi ħsarat tekniċi u jinsab maqbud fir-Russja.

It-tijira KM658/9 Malta – Comiso li kienet ippjanata li titlaq fid-20.45pm ġiet ikkanċellata. Saru arranġamenti biex il-passiġġieri affetwati jkunu trasferiti lejn Katanja bit-titjira KM 642/3 u KM640/1.

Aqra aktar

Send this to a friend