2018 – Page 129 – One News

€47 miljun minn Fondi Ewropej għal inklużjoni ta’ persuni vulnerabbli fid-dinja tax-xogħol

L-Aġenżija Jobs Plus qed tibbenefika minn total ta’ €47 miljun minn Fondi Ewropej taħt il-programm Soċjali Ewropew 2014-2021 sabiex dawk inattivi u vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għal Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farruġa fil-Parlament waqt aġġornament fuq l-Aġenzija Jobs Plus.

Aqra aktar

Att vandalu f’Ħal Qormi

F’kumment li tella’ s-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina ġie kkundannat l-att vandalu li sar fuq bust ta’ personaġġ maħbub Qormi Ġorġ Żammit kif ukoll fuq bus shelter permezz ta’ żebgħa jew qatran li twaddab.

Aquilina sostna li dawn huma mumenti ta’ swied il-qalb fejn fuq naħa ssib nies li jagħtu tant għal belt twelidhom mentri ssib min għadu jaħsibha mod ieħor.

Kull min għandu xi tagħrif dwar dan l-att, huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija.

L-Air Malta hija d-9 l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja skond Airhelp

L-Air Malta ikklassifikata fost l-ewwel għaxar linji tal-ajru madwar id-dinja skond studju li sar minn Airhelp.

Din hija kumpanija li tgħin lill-passiġġieri b’talbiet ta’ kumpens għal titjiriet li jkunu tard, ikkanċellati jew ‘overbooked’.

AirHelp ikklassifika 72 linja tal-ajru  u 141 ajruport madwar id-dinja bbażati fuq prestazzjoni u kwalità ta’ servizz fil-ħin, kif ukoll is-sentiment tal-passiggieri fuqTwitter.

L- ajruport ‘Hamad’ li jinsab fil-kapitali tal-Qatar, Doha, gie magħzul bħala l-aħjar fid-dinja.

Il-Linja nazzjonali Maltija tikklassifika fid-9 post.

Vann jieħu n-nar f’Pembroke

Vann safa maħruq għal raġuni mhix magħrufa matul il-lejl li għadda fi Triq Profs. Walter Ganado f’Pembroke.

Il-każ ġara għall-ħabta tal-11.20pm fejn fortunatament ħadd ma weġġa’.

Issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend