2018 – Page 128 – One News

Notifiki

Jingħalqu l-umbrelel Żabbarin

Minħabba li r-rapport tat-temp juri li għada ġej ir-riħ, ingħalqu l-1,500 umbrellali saru b’rabta mal-avveniment Croassroads ta’ nhar is-sibt li ġej.

Din l-idea kreattiva saret bil-kollaborazzjoni tal-Grupp Armar,  is-Soċjeta Filarmonica Maria Mater Gratae u l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikel.

Appena t-temp ikun tajjeb, l-umbrelel ser jerġgħu jinfetħu.

 

Jitnieda l-ewwel rapport ta’ sentejn ħidma tal-Aġenzija Sapport

 

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għal forum bejn entitajiet u għaqdiet li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità organizzat mill-Aġenzija Sapport, fejn tnieda l-ewwel rapport ta’ ħidma tal-Aġenzija Sapport minn meta saret aġenzija awtonoma f’April 2016.

Aqra aktar

ARA: Tiżdied l-effiċjenza tal-bord tal-appelli tal-kuntratti pubbliċi – Edward Scicluna

“Fl-aħħar ħames snin, il-Public Contracts Review Board (PCRB) irnexxielu jikseb livell għoli ta’ kredibilità u rispett u implimenta għadd ta’ bidliet u riformi skont il-prinċipji ta’ governanza tajba li wasslu sabiex ma jibqax ikun hemm dewmien fid-deċiżjonijiet tal-appelli,” qal il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna waqt konferenza stampa fl-uffiċini tal-PCRB, fejn ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tas-sena ħidma 2017, fis-6 ta’ Ġunju 2018.

Aqra aktar

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għall-Avveniment ‘Pageant of the Seas’

Malta Public Transport se tkun qed topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibilità għal dawk li se jattendu l-avveniment ‘Pageant of the Seas’ nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju, fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.

Fis-7 ta’ Ġunju 2018 mit-15:00 ‘l quddiem, is-servizz se jopera mill-lokalitajiet kollha lejn it-Terminus fil-Belt Valletta skont l-iskeda normali. Wara li jispiċċa dan l-avveniment, is-servizzi speċjali se joperaw bejn il-23:00 u l-23:30 mil-Venda tal-Belt Valletta lejn dawn ir-rotot li ġejjien:

N13: Pietà – Imsida – Gżira – Sliema (Ferries) – St. Julian’s – Paceville (se topera wkoll skond id-domanda)

S10: Raħal Ġdid (Paola) – Isla (Senglea) – Bormla (Cospicua) – Birgu (Vittoriosa) – Kalkara – Xgħajra

S20: Pietà – Imsida – Rue D’Argens – Mrabat – San Ġwann – Kappara

S30: Pietà – Imsida – Qroqq Skate Park – Birkirkara (Bypass) – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta – Buġibba

S40: Pietà – Imsida – Birkirkara (Wied) – Lija – Mosta – Mġarr – Għajn Tuffieħa

S41: Pietà – Imsida – Mosta – St. Paul’s Bay – Xemxija – Mellieħa – Ċirkewwa

S50: Ħamrun – Santa Venera – Fleur De Lys – Attard – Rabat – Imtarfa – Dingli

S60: Ħamrun – Marsa P&R – Qormi – Żebbuġ – Siġġiewi

S70: Luqa – Kirkop – Safi – Żurrieq – Qrendi – Imqabba

S80: Marsa P&R – Raħal Ġdid (Paola) – Tarxien – Santa Luċija – Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja

S90: Raħal Ġdid (Paola) – Fgura – Żabbar – Marsaskala

In-noll se jkun hekk: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card.

Għal dan l-avveniment, Triq il-Mediterran u x-Xatt Ta’ Liesse se jingħalqu mis-18:00 ‘l quddiem. Il-waqfiet f’dawn l-inħawi mhux se jkollhom servizz tat-trasport pubbliku. Għall daqstant, mhux sa jkun hemm servizz fuq dawn il-waqfiet-: 2371 Iermu, 2372 Imgerbeb, 3668 Kavallieri, 2816 Barrakka, 2817 Liesse, 2374 Lascaris, 2375 Kurcifiss, 2439 Polyclinic, 6182 Boffa.

Iż-żgħażagħ, it-tfal u n-nisa fuq l-aġenda f’laqgħat bilaterali tal-President Coleiro Preca ġewwa Brussell

Fi Brussell, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, kellha diversi laqgħat bilaterali, mal-President tar-Rwanda u Chairperson tal-Unjoni Afrikana (African Union) Paul Kagame. Maċ-Chairmantal-Unjoni Afrikana, il-President iddiskutiet inizjattivi dwar kif nistgħu nilqgħu għall-fenomenu tal-immigrazzjoni tat-tfal, bil-għan li dawn jingħataw il-protezzjoni, biex ma jiġux traffikati. Il-President tar-Rwanda u l-President ta’ Malta ddiskutew ukoll, il-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Aqra aktar

Send this to a friend