2018 | One News - Part 124

Notifiki

Titqaċċat siġra għal nofs tat-triq

Siġra kbira tqaċtet b’konsegwenza tar-riħ li qam f’dawn l-aħħar sigħat bil-konsegwenza li spiċċat f’nofs tat-triq.

Dan ġara fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard għall-ħabta tal-4.45pm.

ONE News jinsab infurmat li nħolqot konġestjoni tat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Skopri Għar Dalam bil-lejl

 

Heritage Malta qegħda toffri opportunitá unika lill-pubbliku biex jesplora Għar Dalam u l-madwar bil-lejl.

L-attivitá tibda bi spjega qasira dwar il-biodiversitá tal-inħawi u wara l-viżitaturi jibdew jimxu lejn l-għar fejn fil-ġnien se jkollhom l-opportunitá jisimgħu l-friefet il-lejl fejn se jintuża wkoll apparat teknoloġiku apposta. Żewġ speċi ta’ friefet il-lejl jabitaw proprju fl-għar ta’ Għar Dalam.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Għada r-Reġina Eliżabetta t-Tieni tagħlaq 92 sena

Għada 9 ta’ Ġunju, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tgħalaq 92 sena.

Mal-1,400 suldat għada se jkunu qed jimmarċjaw flimkien ma’ banda massiva ta’ 400 suldat mużiċist.

Din iċ-ċerimonja li tfakkar għeluq żmien is-Sovran tal-pajjiż ilha ssir madwar 260 sena.

Fi Green Park ser jingħata wkoll salut ta’ 41 tir.

Ara ċ-ċerimonja tas-sena 2016:

Send this to a friend