2018 – Page 119 – One News

Notifiki

Ħabta bejn karozza tal-linja u ambulanza fix-Xemxija

Ħabta bejn karozza tal-linja u ambulanza fix-Xemxija seħħet għall-ħabta ta’ 9.50 ta’ filgħodu.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Inħolqot ftit konġestjoni tat-traffiku imma s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll.

 

 

MSC Seaview tidħol fil-Port il-Kbir

MCS SEAVIEW ilbieraħ daħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta b’5119 passiġġier u 1413 membru tal-ekwipaġġ. Il-flagship tal-flotta tal-MSC Cruises se jkun qed jidħol Malta kull nhar ta’ erbgħa sal-14 ta’ Novembru u se jġib miegħu aktar minn 120, 000 passiġġier. Aktar minn 5000 Malti u Għawdxi se jkollhom l-opportunità jqattgħu vaganza fil-Mediterran abbord l-aħħar ġojjell tal-MSC minn Malta għal Malta waqt li jesploraw Barċellona, Marsilja, Genoa, Napli u Messina.

Aqra aktar

ARA: It-tim Malti fil-kompetizzjoni tat-Trap

Il-kompetizzjoni ‘Trap’ iddominat l-edizzjoni tat-tazza tad-dinja li qed tittella’ fix-shooting range f’Ta’ Kandja fis-Siġġiewi, fejn ġew fi tmiemhom il-kwalifikazzjonijiet tal-kompetizzjoni tan-Nisa bil-finali tittella’ t-Tlieta filgħaxija stess.

Aqra aktar

Send this to a friend