2018 – Page 115 – One News

Notifiki

Il-Qattus u l-qarnita tat-tazza tad-dinja

Tiftakruh lil Pawlu l-qarnita li qata’ diversi logħbiet matul it-Tazza tad-Dinja ta’ tmien snin ilu.

Kull edizzjoni riċenti tat-Tazza tad-Dinja saret marbuta ma’ xi annimal li skont uħud ikollu kapaċità li jbassar min se jirbaħ il-logħob milgħub fil-grawnd.

Aqra aktar

ARA: Il-Festa ta’ Corpus fir-Rabat

Il-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat tfakkar l-Festa ta’ Corpus bħala waħda mill-festi prinċipali tagħha.

Dan jixduh l-armar li hemm fit-toroq tar-Rabat u anki fil-knisja ta’ San Pawl – ilkoll imzejna b’tizjin mill-isbaħ għall-festa ta’ Corpus. Bl-artal maġġur armat b’sitta u sittin xema.

Aqra aktar

Serqa minn ħanut tal-merċa fl-Imsida

Waqt li l-Pulizija kienu qed jagħmlu ronda fi Triq  Victor  Denaro għall-ħabta,  ħarġet tfajla  minn  ġo  ħanut  u  infurmat  lill-Pulizija  li  ġuvni  kien allegatament  ipprova  jisirqilha  l-flus  mill-cash  register  iżda  ma  rrnexxielux  u  wara  li seraq xi oġġetti żgħar oħra, ħarab minn fuq il-post.

Il-Pulizija tad-Distrett bdew immedjatament bi tfittxija għar-raġel ikkonċernat, fejn waqt li  kienu  għaddejjin  minn  Triq  FS  Caruana,  ġie  nnutat  raġel  ġo  ħanut  li  kellu  xi  ġrieħi. Minn  investigazzjoni  preliminari  li  saru,  irriżulta  li  l-istess  aggressur  allegatament  kien ukoll daħal f’dan il-ħanut u pprova jisraq lil sid il-ħanut, raġel ta’ 54 sena li jirrisjedi s- Siġġiewi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 54 sena, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija  tad-Distrett,  flimkien  mal-membri  tar-Rapid  Intervention  Unit,  komplew  bit-tfittxiija għall-aggressur, fejn dan intlemaħ ħdejn ħanut ieħor.

L-allegat aggressur ġie identifikat bħala raġel ta’ 28 sena li jirrisjedi Tas-Sliema. Hu ġie arrestat  fuq  il-post  u  qed jinżamm  mill-Pulizija  biex  jassisti  fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

 

 

Send this to a friend