2018 – Page 112 – One News

Notifiki

Salvini bi kruċjata kontra l-barranin f’Ruma

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, jinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja oħra.

Din id-darba wara li appella biex isir ċensiment tat-Taljani kollha li jgħixu f’Ruma. Minkejja li din it-talba tinstema waħda normali, qed jiġi rrappurtat li l-għan ta’ Salvini, hu li jkeċċi minn Ruma dawk kollha li mhumiex Taljani.

Aqra aktar

ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha

Aktar kmieni llum l-istaff tal-isptar Mater Dei ġie mitlub talba partikolari mingħand pazjenta li ddaħħlet l-isptar ftit jiem biss ilu. Ġara li meta l-pazjenta ttieħdet l-isptar, ħalliet wara lil Pupa; kelba ċkejkna u bdiet tinkwieta dwarha.

Wara li saru l-arranġament meħtieġa u anke koordinazzjoni bejn il-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, is-sezzjoni tal-Animal Welfare u Moira Delia, l-istaff irnexxielu jintervjeni fejn sabu lil Pupa waħedha; tawha x’tiekol u x’tixrob u ħaduha ġo xelter sakemm sidtha stess terġa’ tmur lura tiġborha la tirrikovera ruħha mill-isptar Mater Dei.

Ġest tassew ħelu mill-istaff tal-isptar Mater Dei.

Tinqaleb karozza fis-Swieqi

Inqalbet karozza fis-Swieqi għall-ħabta tas-13.30 għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa.

Marru l-pulizija fuq il-post iżda l-persuna nvoluta rrifjutat kull għajnuna nkluż dik medika.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend