2018 – Page 111 – One News

Notifiki

Il-Gvern ser iħallas għall-vjaġġi tal-pazjenti kollha li jsiefru barra għall-kura

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne il-Ġimgħa filgħodu ħabbar li l-gvern ser ikun qed iħallas għat-titjiriet ta’ dawk il-pazjenti kollha li jkollhom isiefru barra għall-kura. Dan hekk kif qabel, għall-pazjenti adulti, il-gvern kien iħallas biss it-titjiriet ta’ dawk li jkollhom il-kartuna r-roża. Din il-wegħda eletorali li daħlet fis-seħħ dan ix-xahar tikumplimenta miżura oħra fil-ħidma ta’ dan il-gvern fosthom kollaborazzjoni ma’ NGOs oħra kif ukoll ftehim ma’ ċerti konsulenti speċjalizati li qed jiġu jaraw il-pazjenti Malta.

Minkejja li l-maġġoranza tal-każijiet jiġu trattati f’pajjiżna, hemm dawk li jeħtieġu kura speċjalizzata u għalhekk 800 pazjent jinbgħatu barra minn Malta kull sena. Minn dawn, 150 huma tfal u terz minnhom isiefru fuq trattament tal-kanċer.

“F’dan il-każijiet il-gvern iħallas l-ispejjeż tal-kura anka b’kollaborazzjoni mal-NGOs ngħinu sabiex inħalsu l-ispiża tal-lodging pero sa issa ħafna mill-pazjenti li kien jsiefru għall-kura kienu jridu jħalsu l-vjaġġ huma minn buthom. Minn dan ix-xahar anka minn wegħda elettorali li għamilna is-sena l-oħra il-gvern beda jħallas l-ispiża kollha għall-vjaġġi kollha tal-ajru.”

One News tkellem ukoll ma’ Charlene Fenech li tieħu ħsieb il-loġistika ta’ dawk li jkunu jeħtieġu trattament barra minn Malta. Hija spjeget li din il-miżura ħa tkun ta’ għajnuna kbira għal dawn il-pazjenti hekk kif il-biljetti tal-ajru li ħafna drabi iridu jkunu flessibli ikunu għoljin u allura ta’ piż kbir għall-istess pazjenti.

“Il-biljetti tal-ajru li aħna nibukjaw għall-pazjenti huma pjuttost għoljin għax huma flessibli ħafna għax qatt ma tkun taf kemm ser idum il-pazjent, ġieli tħassru appuntamenti l-aħħar minuta. Ifisser li l-pazjent għandu spiża  inqas fl-ispejjeż li jkun ser jagħmel”

Varar ta’ photobook mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa

Ilbieraħ, l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju, 2018 inzammet konferenza tal-aħbarijiet mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fl-okkażjoni ta’ varar ta’ photobook ġdid dwar il-lokalità tal-Imtarfa, bl-isem ta’ L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel u li fih xejn inqas minn 86 paġna u 146 ritratt u huwa maqsum fi 8 sezzjonijiet.

Għal dan il-għan, il-Kunsill ikkummissjona fotografu mill-lokal, is-Sur Reuben Seychell. Għalkemm minnu nniffsu huwa photobook u għaldaqstant l-enfasi sar fuq ir-ritratti, il-ktieb fih ukoll introduzzjoni għal kull sezzjoni, u din ħa ħsiebha s-Sur Vincent Zammit, li huwa gwida turistika, lecturer kif ukoll konsulent dwar l-istorja u l-kultura.

L-għan prinċipali tal-ktejjeb huwa biex iqarreb lit-turisti kif ukoll lil Maltin li m’humiex midħla tal-Imtarfa, mal-istorja u s-sbuħija unika ta’ dan il-villaġġ ċkejken. Fi kliem l-istess editur, is-Sur Zammit jgħid li normalment ħafna nies jafu l-Imtarfa biss mill-bogħod, għaliex tinsab ezattament faċċata tas-swar tal-Imdina. Meta wieħed jasal wasla sal-Imtarfa izda jiskopri wirt li tħalla mill-Inglizi prinċiparjament imma mhux biss. Fil-fatt fl-Imtarfa wieħed jista’ jsib anke oqbra puniċi u cart ruts fost oħrajn.

Is-Sindku, Dott. Daniel Attard, fisser kif dan il-ktieb huwa ħolqa oħra mill-vizjoni ħolistika tal-Kunsill illi jpoġġi l-Imtarfa fuq il-mappa turistika lokali. Dan flimkien ma’ proġetti oħra li qed jaħdem fuqhom l-istess kunsill, primarjament ir-restawr tat-torri tal-arloġġ, il-bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni għat-turisti u r-riġenerazzjoni tal-pjazza.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll l-Onorevoli Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, f’isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill, li għalkemm zgħir, irnexxielu inaqqax paġna importanti fl-istorja tiegħu bil-publikazzjoni ta’ dan il-ktieb.

 

Jiċħad akkużi b’rabta mad-droga

Olandiż ċaħad l-akkużi li ttraffika l-kokaina u l-ecstasy fi Frar li għadda.

Timothy Jacobs, ta’ tmienja u tletin sena minn Naxxar, tressaq il-qorti  mixli li kien fil-pussess ta’ droga u li wettaq reat mitt metru distanza minn post iffrekwentat minn persuni minorenni.

Aqra aktar

Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan

Paul Bailey, ix-xufier li kien qed isuq il-karozza Porsche Spider f’Paqpaqli ghall-Istrina tal-elfejn u ħmistax, kellu l-liċenzji kollha meħtieġa biex isuq il-karozza.

Dan qalu fil-qorti, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni sportiva tal-muturi tar-Renju Unit b’rabta mal-każ ta’ Paqpaqli li ħalla tlieta u għoxrin persuna midruba.

Aqra aktar

“L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel” – Ktieb dwar l-istorja li naqqxet din il-Belt

“Belt il-Ġmiel” – Hekk hi mlaqqma l-belt tal-Imtarfa. Belt b’popolazzjoni ta’ inqas minn 3000 ruħ li hi kkaratterizzata minn dak li ħalliet warajha l-kolonja Ngliża iżda waħda mimlijja ħajja u mħabba lejn dak kollhu li sawwarha.

Belt li tmur lura għall-perjodu Ruman u li għal snin twal kienet tagħmel parti mill-Imdina sakemm iddistakkat ruħha fis-sena elfejn. Fiċ-ċokon u s-silenzju tagħha, l-Imtarfa llum tilqà fiha dak kollu li wieħed jistà jimmaġina – Minn ġonna, għal pjazez u saħansitra pajsaġġ pittoresk li jwassal sa’ Wied il-Qliegħa.

Dan kollhu u iżjed kien dokumentat fi ktieb li ħadem fuqu l-Kunsill Lokali. Ktieb ibbażat fuq 146 ritratt tal-fotografu Reuben Seychell.

L-editur tal-ktieb, is-Sur Vincent Żammit spjega ma’ ONE News li dan il-ktieb hu ntenzjonat biex iqarreb iżjed lill-poplu Malti kif ukoll lit-turisti li jżuru lil pajjiżna lejn l-Imtarfa u ma jibqgħux jarawha biss bħala dik il-belt li wieħed jittawwal lejha minn fuq is-swar tal-Imdina.

Aqra aktar

Send this to a friend