2018 – Page 110 – One News

Notifiki

Tnedija tal-Festival tat-Tin fix-Xagħra

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex huwa promotur u sponsor ewlieni ta’ din l-attività organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Hija tkellmet dwar kif hija missjoni tal-Ministeru għal Għawdex li jippromwovi lil Għawdex b’diversi modi bħala prodott distint u uniku permezz ta’ attivitajiet simili. Fil-fatt, matul dawn l-aħħar xhur saru diversi attivitajiet tematiċi li wasslu għal tkabbir ekonomiku u żieda fin-numru ta’ turisti. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li għaddejja ħidma kbira mill-Ministeru għal Għawdex biex il-prodott agrikolu u gastronomiku Għawdxi wkoll jiġi promoss biex jagħti valur miżjud lil Għawdex.

Aqra aktar

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ ta’ St. Andrews FC

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ tat-tim tal-kbar ta’ St. Andrews.  Woods kien inħatar b’mod temporanju f’Jannar li għadda wara sensiela ta’ bidliet f’dawk li huma kowċis u rnexxielu jzomm lit-tim fl-għola divizjoni tal-futbol Malti.  L-ex kowċ ta’ Hibernians FC u Floriana FC kien diġà parti mill-klabb hekk kif kien qed imexxi n-nursery ta’ St. Andrews.

Aqra aktar

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim jiddaħħlu fil-Hall of Fame

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim, li huma nklużi fil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, ingħataw l-ogħla unur minn TripAdvisor, it-Travellers’ Choice Award. Dawn it-tempji ddaħħlu wkoll fil-Hall of Fame ta’ l-ikbar sit elettroniku fid-dinja ddedikat lill-ivvjaġġar wara li ngħataw iċ-Ċertifikat t’Eċċellenza għal ħames sena konsekuttiva.

Aqra aktar

Il-Brillantini tal-Qari jsaħħru l-udjenza bit-talenti tagħhom

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju 2018, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt il-Patroċinju Distint tal-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca organizzat serata f’ġieħ il-Brillantini tal-Qari fl-Iskola Medja Tal-Ħandaq tal-Kulleġġ San Injazju. Reading Stars/ Brillantini tal-Qari hija inizjattiva li tnediet nhar l-4 ta’ Novembru 2016 mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u hija sponsorjata minn Merlin Library.

Aqra aktar

Send this to a friend