2018 – Page 109 – One News

Briguglio muri l-bieb ta’ barra

Hemm sforz biex Michael Briguglio jkun imġiegħel jirriżenja minn grupp żgħir li ħoloq hu msejjaħ in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili. Briguglio qed jirreżisti b’saħħa din it-talba u dak li tant jitkellem dwar kunflitti ta’ interess li jkollu ħaddieħor qed jgħid li hu m’għandux kunflitt ta’ interess. Skont hu jista’ jitkellem f’isem is-Soċjetà Ċivili u f’isem il-PN fl-istess ħin.

Aqra aktar

NIKXFU KIF KIENU INGANNATI N-NASSABA

“Ma nistgħux nirriskjaw li nispiċċaw b’sentenza kontra tagħna fuq din il-kwistjoni fis-sena 2007.” Hija din l-email tal-Eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi mibgħuta lil Simon Busuttil fl-2005. Dan meta kienu qed jiddiskutu r-rabja tan-nassaba għax kienet bdiet tiġri l-aħbar li l-wegħda li dejjem għamlilhom il-Partit Nazzjonalista ma kinetx se tinżamm.

Bdew jintebħu li setgħu ma jonsbux iktar u fil-PN bdew jaraw kif se jilqgħu għaliha. Dan l-email jinsab fil-pussess ta’ din il-gazzetta bħalma huma oħrajn li juru li fl-ogħla ċrieki tal-Gvern Nazzjonalista u tal-Partit Nazzjonalista kien hemm diskussjoni kontinwa dwar kemm dak imwiegħed lin-nassaba fis-snin ta’ qabel setax jinżamm. Protagonist f ’dan kollu kien hemm Simon Busuttil li minn kitbietu deher imħasseb bil-kbir mhux dwar l-insib iżda dwar il-kredibbiltà tiegħu f ’mumenti fejn kien għadu fil-bidu tal-karriera politika tiegħu.

Fil-ġimgħa tal-festi tal-Indipendenza tal-2005 Busuttil kien kiteb lil Gonzi u qallu: “Forsi bħalek, jiena qed nirċievi bosta lmenti mingħand nassaba, inkluż fuq il-Fosos, u l-aktar ħaġa li tweġġagħni hija li jgħiduli li tradejniehom. Ifakkruni li rċevew mill-inqas żewġ ittri ffirmati minn Eddie bħala Prim Ministru qabel ir-referendum u l-elezzjoni.” Fl-email Simon Busuttil ikkopja lil David Casa li miegħu kien deputat tal-Parlament Ewropew dak iż-żmien.

Għal dik l-email Gonzi kien wieġeb bid-diskors kwotat iktar ’il fuq u saħansitra żied: “Jekk din il-pillola morra rridu nibilgħuha issa, allura aħjar hekk milli naffaċċjaw sitwazzjoni diżastruza lejlet l-elezzjoni ġenerali.” F’dik l-email Lawrence Gonzi kien ikkopja lil “Edgar, Richard, David u George.” Ricard Cachia Caruana kien ir-rappreżentant Permanenti ta’ Malta fi Brussell. Edgar Galea Curmi kien is-Segretarju Privat u l-id il-leminija ta’ Lawrence Gonzi u George Pullicino kien Ministru għall-Ambjent.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif għandna iktar korrispondenza li minnha jirriżulta li iktar mill-insib Simon Busuttil kien inkwetat minnu nnifsu peress li bħala Kap tal-MIC kien għamel wegħdi kontinwi lin-nassaba u lill-kaċċaturi. “Kif taf int tant tajjeb, qabel ir-referendum, it-tnejn li aħna konna involuti fid-dibattitu dwar dak li kien ġie negozjat, fosthom dwar il-kaċċa u l-insib,” kien kiteb Simon Busuttil li fl-emails tiegħu faħħar ukoll lil George Pullicino għax-xogħol kbir li kien qed jagħmel għall-ambjent. Iżda, Busuttil esprima l-biża’ ma’ Gonzi li din kienet kwistjoni ta’ “rġulija u kredibbiltà.”

Kredibbiltà li min-naħa tiegħu kollox kien jindika li kienet se tibda tmajna. Minn hemm u minn hawn l-insib għex sal-elezzjoni tal-2008. Iżda, minn dakinhar bdiet it-triq biex in-nassaba ma nasbux iktar. Dik kienet ukoll is-sena li fiha kien hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-insib kien reġa’ spiċċa f ’diskussjoni. Emails li wkoll qegħdin f ’idejna, din id-darba bejn Simon Busuttil u Leonard Callus, l-uffiċjali fis-segretarjat ta’ Lawrence Gonzi juru li sa dakinhar Busuttil kien beda jinteressah minn linja waħda. Dik politika.

Lil Leonard Callus kitiblu u qallu x’inhi l-linja fuq l-insib għax ried jinforma lil sħabu l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista x’se tkun il-linja politika. Callus wieġbu u qallu li wieħed irid jara u jiddiskutiha. Għalkemm għamilhielu ċara li dak li kien jeżisti qabel Diċembru 2008, is-sena li fiha reġa’ kien elett fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, issa kien spiċċa għalkollox. Minn dik Busuttil ma tantx deher inkwetat. Minflok inkwetawh il-voti u kiteb: “Sakemm tiddeċiedu l-kandidati tal-PN għall-MEPs qegħdin jagħmlu stqarrijiet li mhux koordinati u dik agħar,” kiteb Simon Busuttil li huwa on record iwiegħed iktar minn darba li wara l-2007 l-insib kellu jibqa’.

Minkejja dan meta din il-ġimgħa ħarġet is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Busuttil qal li ma kienx sorpriż li Malta ntalbet twaqqaf l-insib. Anke jekk kif jidher minn dawn l-emails li għandna l-gazzetta Kullħadd, kien konxju li n-nassaba kienu mwiegħda mod ieħor.