2018 – Page 108 – One News

Notifiki

Il-mużika u l-futbol jiltaqgħu għall-finali tat-tazza tad-dinja

Tħobb il-futbol? Tħobb id-divertiment? Tħobb il-moda? Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju hija l-ġurnata ideali għalik. It-tim organizzattiv tal- Partit Laburista, magħruf għall-avvenimenti kbar u tal-massa, se jkun qed jorganizza l-ikbar attività tal-ġurnata, attività bl-isem ta’ “Winners the Football Concert” ġewwa l-kumpless Aria, San Ġwann. Fi frażi waħda hija l-attività fejn il-futbol u l-mużika se jiltaqgħu.

Aqra aktar

Bil-filmat: Jivvandalizzaw 10 karozzi b’daqqiet ta’sieq

Dan il-każ ġara għall-ħabta tas-5.50 fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà.

Fil-filmat li ntbagħat lil ONE News jidhru żewġ ġuvintur jivvandalizzaw karozzi pparkjati għal xejn b’xejn.

Kull min jgħaraf liż-żewġ żgħażagħ huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija b’mod anonimu.

Delia jdoqq l-istess qanpiena ta’ dejjem

Fuq ir-radju Adrian Delia qal li meta dalgħodu daqqew il-qniepen ftakar li kien bħal lum sena li daħal fil-politika.  Sena li fiha wiegħed mod ġdid u minflok qed jippjana li jieħu l-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem. Fejn imaqdar kollox u m’għandu proposti għal xejn.

Aqra aktar

Send this to a friend