2018 – Page 107 – One News

Notifiki

Riġinerazzjoni ta’ Ġnien il-Mediterran, f’Raħal Ġdid

Bħalissa għaddejja ħidma fi Ġnien il-Mediterran li jinsab f’Raħal Ġdid sabiex dan ikun jista’ jitgawda minn kull min iżur din il-lokalità. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis illum żaru dan il-ġnien sabiex jagħtu aġġornament dwar ir-riġinerazzjoni tiegħu.

Aqra aktar

Tindif immedjat wara li spiċċa l-Isle of MTV

Malli spiċċa l-avveniment Isle of MTV li ġibed eluf ta’ Maltin u anke barranin fuq il-fosos tal-Furjana sar tindif immedjat mid-divizjoni tal-cleansing fuq il-fosos u l-madwar.

Dan grazzi għal Clean Malta – id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni.

 

Il-Gvern jerġa’ jissieħeb mal-Fondazzjoni Richmond

Il-Gvern se jkun f’kollaborazzjoni oħra mal-Fondazzjoni Richmond fi proġett li din qiegħda tniedi b’riżq żgħażaġħ bi problemi mentali bil-għan li l-problemi li jkunu għaddejjin minnhom jinqabdu fi stadju kmieni. Il-proġett jikkonsisti f’residenza speċifika biex fiha filwaqt li jkunu qegħdin jingħataw il-kura meħtieġa jibqgħu f’ambjent ta’ komunità. Il-proġett huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn jirrigwarda żgħażagħ. Ir-residenza se tkun f’Dar Fra Diegu l-Ħamrun u li l-Knisja għaddiet lill-Fondazzjoni.

Aqra aktar

It-Torok joħorġu jivvutaw

Minn kmieni filgħodu, it-Torok ħarġu jivvutaw f’elezzjoni li qed titqies bħala waħda mill-aktar ħorox fil-pajjiż fl-aħħar snin, u se tiddetermina jekk il-President Recep Tayyip Erdogan jingħatax it-tieni mandat biex jibqa’ jmexxi lit-Turkija.

Aqra aktar

Send this to a friend