2018 – Page 106 – One News

Notifiki

Direttur ġdid għal Missio Malta

Il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli tas-Santa Sede ħatret lil Mons. Valentino Borg bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji) għall-ħames snin li ġejjin (2018-2023).

Aqra aktar

3 persuni jeħlu 3 snin ħabs fuq kuntrabandu ta’ sigaretti

Michael Borg ta’ 43 sena minn Raħal Ġdid, Shannon Cauchi ta’ 29 u Anthony Cremona ta’ 47 sena mill-Ħamrun instabu ħatja ta’ kutrabandu ta’ sigaretti. Il-każ seħħ f’Lulju tal-2013 meta l-pulizija segwew il-vjaġġ ta’ dgħajsa tas-sajd magħrufa bħala ‘Blue Dolphin 1’  li l-kaptan tagħha huwa Borg, li kienet sejra minn Għawdex għal San Pawl il-Baħar.

Aqra aktar

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof elett ta’ Darwin fl-Awstralja

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarji-elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall-ħatra mill-Papa Franġisku ta’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit-talb għall-Isqof-elett biex il-Mulej jagħtih l-għajnuna f’din il-missjoni ġdida tiegħu.

Aqra aktar

Proġett ta’ €2.5 miljun li se jibda fis-sajf biex itejjeb ir-rotta minn Triq Diċembru 13

Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qiegħed iniedi proġett ta’ €2.5 miljun sabiex itejjeb partijiet minn Triq Aldo Moro, Triq Diċembru 13 u l-Marsa-Ħamrun Bypass, biex b’hekk jiġu eliminati diversi black spots tal-inċidenti filwaqt li jiġi mtejjeb il-ħin tal-ivvjaġġar matul dawn it-toroq arterjali. Aqra aktar

Send this to a friend