2018 – One News

Aktar minn 5.7 miljun persuna qasmu l-fliegu fl-2018

Is-sena li għaddiet il-vapuri tal-Gozo Channel żiedu b’aktar minn 7% l-għadd ta’ karozzi u passiġġieri li ġarrew bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-kumpanija żiedet il-vjaġġi b’aktar minn 1,090 vjaġġ f’sena waħda.

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet it-tliet vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 5,700,000 passiġġieri.Aqra aktar

‘Emma’ u ‘Noah’ kienu l-aktar ismijiet popolari għat-trabi fl-2018

Is-sena li għaddiet kienu rreġistrati kważi elfejn u mitejn isem differenti għal eluf ta’ tfal li twieldu f’pajjiżna.

Għat-tieni sena konsekuttiva Noah kien l-iktar isem popolari għall-ulied subien filwaqt li l-isem Emma ħa post Emily f’dawk li huma l-iktar ismijiet popolari għall-bniet.

Noah huwa isem mill-Ebrajk li jfisser mistrieħ u hu wieħed mill-ismijiet b’influwenza biblika fejn jingħad li Alla għażel lil Noah biex jibni l-arka u jimlieha b’ikel u annimali biex isalvaw minn għarar.

L-isem Emma huwa isem Ingliż li ġej mill-kelma antika Ġermaniża għal xi ħaġa sħiħa jew universali.

Mill-iktar tlieta popolari tas-sena l-oħra spiċċaw barra Emily u Sophia għall-bniet u Alexander u Samuel għas-subien. Minflok kienu Mia u Valentina t-tieni u t-tielet l-iktar ismijiet popolari għall-bniet filwaqt li fil-każ tas-subien kien hemm Luca u Liam.

Interessanti li għal darboħra, l-ismijiet doppji reġgħu kienu popolarissimi. Ngħidu aħna l-isem Emma nsibuh ukoll Emma Jade, Emma Kate, Emma May u Emma Ruby. L-istess l-isem Noah li nsibuh Noah Ġużè, Noah Mohamed u Noah Arthur fost oħrajn. Għall-bniet isem popolari ieħor kien dak ta’ Julia.

Fil-lista tal-ismijiet tidher evidenti wkoll l-influwenza tan-numru ta’ barranin fostna partikolarment dawk Taljani. Giulio, Giorgio, Gloria, Federica u ħafna oħrajn insibuhom kollha fost l-ismijiet ġodda f’pajjiżna din is-sena.

18-il vittma f’17-il inċident tat-traffiku tul l-2018

Fis-sena 2018, it-toroq Maltin ħallew 18-il vittma fi 17-il inċident tat-traffiku, bi tmienja minnhom involvew mutur.

Din is-sena rat żieda fl-inċidenti fatali bil-mutur meta mqabbel mas-sena l-oħra. B’kollox, mietu sitt sewwieqa u passiġġiera.

L-ewwel żewġ inċidenti fatali bil-mutur seħħew f’Marzu, jum ‘il bogħod minn xulxin li inċidentalment seħħew ukoll fl-istess triq. L-aħħar inċident iseħħ fl-aħħar jiem tas-sena fi Triq Ħal-Qormi f’Ħal-Luqa.Aqra aktar

Sena oħra rekord f’wasliet ta’ turisti lejn il-Gżejjer Maltin

Rekord ta’ turisti f’Malta u Għawdex matul is-sena u rekord ukoll ta’ dħul mit-turiżmu li mistenni jkun aktar minn żewġ biljun ewro.

Ċifri uffiċjali juru li n-nefqa tat-turisti kienet mifruxa sew fuq l-akkomodazzjoni fil-lukandi, f’postijiet ta’ divertiment, kulturali u ristoranti. Kienet irreġistrata wkoll żieda b’saħħitha fl-għadd ta’ ljieli li t-turisti qattgħu Malta.Aqra aktar

Ħamsa minn sitt omiċidji li saru fl-2018 ġew solvuti

Matul is-sena 2018, tliet irġiel u erba’ nisa nqatlu f’sitt omiċidji. Tlieta mill-vittmi kienu barranin.

L-ewwel omiċidju tas-sena seħħ fil-15 ta’ Jannar, bil-vittma jkun Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed, Eġizzjan ta’ 42 sena. Huwa nqatel b’tir f’idu u ieħor f’għonqu. Il-katavru tiegħu nstabu fi trejqa qrib razzett fl-Għarb. Il-Puliżija mmexxija mill-Ispetturi Keith Arnaud u Bernard Spiteri għadda għaddeja bi tfittxija għas-suspettat ewlieni li x’aktarx ħarab minn Malta sigħat wara d-delitt.Aqra aktar