Sena ġdida, l-istess vizzji ħżiena

Din hija x-xena f’Paceville wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena. Wieħed jista’ jgħid li t-toroq kienu miksija bi skart li flok intrema fir-reċipjenti tal-iskart, tħalla jiġri fit-toroq. Dan ifisser li l-ħaddiema mid-Direttorat tas-Servizzi u Tindif ħadmu bla heda biex dan l-iskart jinġabar u t-toroq tagħna jkunu nodfa.

L-għan ewlieni tad-Direttorat tas-Servizzi u t-tindif huwa propju li jżomm iż-żoni urbani u mhux urbani nodfa. Iżda bla dubju, kull wieħed u waħda minnha għandu jara li jżomm l-indafa u jarmi l-iskart fir-reċipjenti provduti.

Dawn ir-ritratti, li tpoġġew fuq il-paġna ta’ Garby & Tidy, juru r-riżultat tal-ħidma bla heda tal-ħaddiema.

Ta’ QabelLi Jmiss