Segwi hawn iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza, Ian Borg, qal li Malta tinsab fit-tmun, u huwa mument storiku għal pajjiżna, li se tassumi l-ikbar rwol. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa ta’ ħafna nies li rringrazzja.

“Din hija l-Presidenza tagħkom iċ-ċittadini” qal Borg, filwaqt li qal li se ssir ħidma favur ħidma tanġibbli għal kulħadd, u min hu. Stqarr li l-politiċi mhux dejjem iwasslu l-impatt dirett tal-Unjoni Ewropea bl-aħjar mod, u teħtieġ li tiddawwar ir-rotta, biex iċ-ċittadin ikun fil-qalba tal-Ewropa. “Aħna ottimisti, għalkemm realistiċi”.


Qal li Malta ma toffrix biss xemx u baħar, imma nies ta’ talent li ma jaqtgħux qalbhom mill-isfidi. “Malta lesta, u dan grazzi għalikom” temm jgħid Borg.

Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker beda billi qal “għażiż Prim Ministru”, bil-lingwa Maltija. Irrimarka dwar l-importanza storika ta’ Dar il-Mediterran u faħħar il-fatt li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea. “Malta may be a small country but it is a country with great ambitions” qal Juncker filwaqt li tkellem dwar il-bżonn ta’ messaġġ ta’ għaqda.

“The Commission will be with you every step of the way, to assist” temm Juncker, u żied jgħid bil-Malti “viva Malta, viva l-Ewropa, nawguralkom għas-sitt xhur li ġejjin”.

“Ilkoll ngħixu taħt l-istess sema” beda d-diskors tiegħu d-Deputat Prim Ministru Louis Grech, filwaqt li osserva wkoll id-differenzi bejn il-viżjoni tad-diversi pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Ir-reazzjonijiet nazzjonali għal uħud qed ikunu aktar importanti mir-razzjoni Ewropea, u dan qed iwassal għal ħafna tensjoni li tbiegħed liċ-ċittadini mill-Unjoni. Ħafna ċittadini sfaw jiġġieldu bejniethom dwar liem hi l-aħjar triq ‘l quddiem. Dan, spjega Grech, huwa x-xenarju li hemm fil-futur immedjat. L-2017 se tkun deċiżiva għall-UE biex tfittex terġa’ tgħaqqad l-Ewropa.

“Din hija propju r-raġuni għala għażilna t-tema ta’ reunjoni” qal id-Deputat Prim Ministru. “Id-disorks dwar kriżi eżistenzjali fl-UE sar norma aċċettata” qal Grech, iżda jkun żball jekk wieħed jintelaq għan-niżla u jirrassenja ruħu.

Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, qal li huwa żmien straordinarju biex wieħed ikollu l-Presidenza f’idejh.

Il-proċedura Brexit, biss biss, se tkun imnedija. Hemm bżonn tmexxija li hija kompetenti u hija xorti tajba li se tkun f’idejn il-Maltin. Malta nfisha hija simbolika tal-identità Ewropea, u wieħed biżżejjed iħares lejn l-istorja ta’ din il-gżira.

“We all have our roots in the Mediterranean” fakkar Tusk u qal li Malta hija ankra simbolika.

Irrefera għan-nawfraġju ta’ San Pawl u qal li ċ-ċerimonja tal-llejla se tkun eżempju ta’ kif Malta għadha tospita lin-nies, eluf ta’ snin wara.

Ta’ QabelLi Jmiss