Relazzjoni aktar b’saħħitha bejn Malta u t-Turkija | One News

Relazzjoni aktar b’saħħitha bejn Malta u t-Turkija

Malta u Turkija ffirmaw żewġ memorandum of understanding f’setturi diversi, primarjament kollaborazzjoni fis-settur marittimu, settur tas-saħħa u l-investiment. F’konferenza tal-aħbarijiet wara laqgħa bejn il-Prim Ministru Malta u l-Prim Ministru Tork f’Kastilja, il-Prim Ministri t-tnejn tkellmu dwar in-negozjatio tal-customs union li għad iridu jiġu diskussi bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta hija komessa se tkun qed tassigura li dawn id-diskussjonijiet jibdew immedjatament.

Il-Prim Ministru Tork qal li fil-laqgħa huma tkellmu ukoll dwar il-bżonn ta’ aktar kollaborazzjoni bejn it-Turkija u pajjiżna fis-settur marittimu. Il-Prim Ministri tkellmu ukoll dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, il-problema tal-immigrazzjoni, s-Sirja, l-Libja u r-reġjun Mediterranju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to friend