PUTIN: Jawgura lil Trump biss

Il-President Russu Vladimir Putin jawgura lil Trump u mhux lil Obama fil-messaġġ annwali tiegħu għall-bidu ta’ sena ġdida lil mexxejja ta’ pajjiżi internazzjonali u lill-Gvern.

Kien biss il-ġimgħa li Putin awgura l-festa t-tajba lill-familjari ta’ Obama u ċ-ċittadini Amerikani, fit-tweġibiet tiegħu għas-sanzjonijiet li l-Amerka għamlet fuq ir-Russja.

Fil-messaġġ tiegħu Putin esprima l-fiduċja li għandu fi Trump, la darba jieħu post Obama bħala President tal-Amerka fl-20 ta’ Jannar.

Huwa qal li ż-żewġ pajjiżi se jibnu relazzjoni tajba u jieħdu passi konkreti f’dawk li huma relazzjonijiet bilaterali. Huwa saħaq li r-relazzjoni ta’ bejniethom se tkun qed tieħu l-fora internazzjonali f’livell ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss