Ottimiżmu favur l-għaqda ta’ Ċipru

Il-mexxejja politici Ċiprijotti qed jiltaqghu f’Ġinevra ghal tahdidiet immexxija min-Nazzjonijiet Maghquda.

Dan bil-għan li dan il-pajjiż li ilu maqsum għal diversi snin bejn iċ-Ċiprijotti Griegi u ċ-Ċiprijotti Torok jingħaqad darba għal dejjem.

Il-mexxejja qed jiddiskutu sistema federali fejn il-poter jinqasam bejn iż-żewg komunitajiet.

Jidher li jeżisti sens ta’ ottimiżmu u determinazzjoni li jintlahaq qbil wara li kull attentat li sar fil-passat falla u l-kapitali Nicosia baqgħet maqsuma b’ħajt li jifred iż-żewġ komunitajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss