Obama Care tinsab fil-limbu

Ftit jiem qabel jispiċċa mill-Presidenza Amerikana, Barack Obama kellu laqgħa mad-Demokratiċi fil-Kungress Amerikan biex dawn jiddefendu l-politika li fassal għas-saħħa.

Il-liġi magħrufa bħala ObamaCare ffaċjat kritika ħarxa mill-President elett Donald Trump u għalkemm dan saħaq li se jżomm xi affarijiet minna, din il-liġi tista’ titneħħa għal kollox mill-amministrazzjoni l-ġdida.

Huwa stmat li l-liġi t’Obama laħqet lil għoxrin miljun ċittadin Amerikan.

Sadanittant il-Viċi-President elett Mike Pence wkoll kien fil-Kungress isostni li ObamaCare se tinbidel u se tiddaħħal liġi ġdida flokha.

Bir-Repubblikani se jieħdu kontroll taż-żewġ kmamar fil-kungress Amerikan u bi President Repubblikan, id-Demokratiċi mistennija jkollhom sfida iebsa biex jiddefendu l-politika t’ObamaCare.

Ta’ QabelLi Jmiss