Meħlus minn akkuża t’attentat ta’ qtil | One News

Meħlus minn akkuża t’attentat ta’ qtil

Christian Cardona ta’ 28 sena mis-Siġġiewi ma nstabx ħati li kien involut f’attentat ta’ qtil waqt inkwiet familjari.

Il-każ imur lura għal Jannar tal-2013.

Fil-Qorti kien intqal li l-imputat spara tir fid-direzzjoni ta’ George Falzon, li jiġi r-raġel t’oħtu mbagħad attakah b’sikkina.

Fil-Qorti d-difiża kienet qalet li jeżistu żewg verżjonijiet u spjegat kif l-akkużat dejjem ċaħad li huwa qatt spara arma tan-nar.

Il-pulizija ikkonfermat li s-sikkina kienet ta’ Falzon u mhux tal-akkużat.

Ġie spjegat ukoll li meta l-pulizija kelmitu waqt li Falzon qed jiġi mdewwi nstab li sofra minn ferita ħafifa f’subgħajh.

Wara li l-Qorti kkunsidrat in-natura tal-każ, il-Maġistrat Josette Demicoli lliberat lil Christian Cardona minn kull akkuża miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss