AĠĠORNAT: Anzjana ta’ 73 sena tittajjar f’Bormla

Anzjana ta’ 73 sena ttajret kmieni dagħlodu minn vettura f’Bormla.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dagħlodu fi Triq Santa Tereża f’Bormla.

Il-mara, li hi residenti Bormla stess, ittajret minn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 24 sena.

Fuq il-post kienet se tissejjaħ ambulanza iżda l-anzjana rrifjutat hekk kif ġarrbet ġrieħi ħfief u sostniet li se tkun qed tmur il-policlinic minn jeddha.

Ta’ QabelLi Jmiss