Ma kienx jaf li uża flus foloz

Malti ta’ 23 sena li jaħdem bħala kok f’Londra ngħata libertà proviżjora wara li tressaq il-Qorti b’rabta ma użu ta’ flus foloz li ammontaw għal €200.

Terrance Paul Saliba kien fuq btala f’Malta għall-Festi u kien beħsiebu jonfoq dawn il-flus kollha qabel ma jirritorna l-Ingilterra. Qal ukoll li qatt ma nduna li l-flus, li ngħataw lilu minn ħabib, kienu filfatt foloz. Huwa spiċċa arrestat f’Paceville b’akkuża li pprova jmexxi dawn il-flus foloz.

Iżda, fil-Qorti kien ikkunsidrat il-fatt li Saliba ma kellux intenzjonijiet ħżiena u għalhekk dan inħeles bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għal tlett snin. Il-flus, li kienu kkonfiskati mal-arrest, mistennija jintbagħtu l-Bank Ċentrali għal analiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss