Londra staġnata bi strajk fit-Tube

Kaos sħiħ fiċ-ċentru ta’ Londra wara li strajk mix-xufiera tat-tube ta’ Londra.

F’żona minnhom numru ta’ nies kellhom jiġu imferrxa jew evakwati minħabba iffullar f’daqqa biex jaqbdu l-karozzi tal-linja.

Għaxar linji minn ħdax huma magħluqa wara li l-unjin li tirrapreżenta x-xufiera tat-tube ilhom jitkellmu dwar il-kundizzjonijiet xejn tajba tal-ħaddiema.

Il-kumpanija li tmexxi s-sistema tat-tube ta’ Londra qalet li trid iżjed ħaddiema hekk kif mat-tlett mitt xufiera jirriżenjaw fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss