“L-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern għal maturità fil-proċess politiku”

“Din hija l-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern biex ikun hemm maturità fil-proċess politiku”. Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech meta kien qed jagħlaq id-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

Huwa qal li din il-liġi se ġġib aktar kontabilità fil-ħajja pubblika. Flimkien ma’ riformi oħra, se tkun strumentali biex jiġu definiti partijiet mil-landscape politiku tal-futur u se tinforza l-mod kif in-nies iħarsu lejn dawk l-individwi li jkunu fil-ħajja pubblika.

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-liġi se tgħin biex jonqos ix-xettiċiżmu sfrenat – li mhu dejjem ġustifikat – fuq il-politika u l-politiċi. Il-pooplu jrid li min qiegħed fl-ogħla istituzzjoni jagħraf ir-responsabbiliutajiet tiegħu. Din ir-riforma se tagħti skop għal superviżjoni ta’ persuni li jkunu fdati f’idejhom l-uffiċċi pubbliċi.

Huwa qal ,li mhux dejjem faċli li tfisser meta imġieba tkunx aċċettabbli jew le. Għal din ir-raġuni il-kodiċi tal-imġieba u l-etika tal-membri parlamentari trid tkun regaolata b’dan il-mekkaniżmu.

Id-dibattitu tal-bieraħ kien karatterizzat minn tgħajjir kontinwu lin-naħġa tal-gvern mid-deputati nazzjonalisti li saħansitra qalu li kien Simon Busuttil li xpruna dan l-abbozz.

Ta’ QabelLi Jmiss