Jarrestaw sittax-il persuna b’rabta mas-serqa li saret lil Kim Kardashian f’Pariġi

Sittax-il persuna ġew arrestati b’rabta mas-serqa li kienet saret lil Kim Kardashian f’Pariġi f’Ottubru li għadda.

L-istilla Amerikana tar-reality show televiziva, Kim Kardashian kienet insterqet fir-residenza tagħha f’Pariġi minn żewġ persuni lebsin ta’ pulizija, b’pistola mmirata lejha.

Iż-żewġ persuni kienu rabtuha u qafluha fil-kamra tal-banju u bis-serqa li għamlu kienu ħadu għadd ta’ ġojjelli, b’valur ta’ għaxar miljun ewro.

Il-pulizija Franċiża qalu li t-traċċi tad-DNA li kien hemm fix-xena wasslu għall-arresti.

Ta’ QabelLi Jmiss