L-ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, ħeġġeġ għal diskussjoni fil-kumitat tax-xogħol tal-kamra biex ikun hemm linji gwida fil-mod kif id-deputati tal-parlament jużaw il-mobile waqt is-seduta.
Dan f’ruling li ngħata wara ilment tad-deputat David Agius li qal li xi ħadd ġibed ritratt tal-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt li kien qed jitkellem (jew aħjar jitmasħan) fil-Parlament.
Filwaqt li ma setax ikun stabbilit jekk xi ħadd ħax ir-ritratt Farrugia qal li din hi xi ħaġa li ma tistax tkun stabbilità mill-filmati għax kull min kien qed juża l-mobile żammu l-isfel.
Peró għamilha ċara li lanqas li kieku ra movimenti mod ieħor għaliex il-parlament m’għandux regoli dwar l-użu tal-mobile.
Sostna li fil-house of commons (l-Ingilterra) jistgħu jużawh biex jibagħtu imejl, jagħmlu tweet jew iniżżlu dokument. L-ispeaker qal li għandha tibda d-diskussjoni b’mod immedjat.