ILLUM TIDĦOL L-EWWEL KONSENJA TA’ GASS

Illum tidħol l-ewwel konsenja ta’ gass f’pajjiżna, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bħala parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern fejn tidħol enerġija.

Konsenja storika għax tfisser li pajjiżna mhux se jibqa’ jiddependi fuq il-heavy fuel oil u se jibda juża l-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu.

F’Dellimara hemm preżenti l-Ministru responsabbli mill-proġett, Konrad Mizzi, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič.

Kien f’Ottubru li għadda li t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal fil-port ta’ Marsaxlokk. Wara li tlestiet il-kostruzzjoni tal-qalba għall-gass, dawn l-aħħar ġimgħat saru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà. Numru ta’ testijiet u simulazzjonijiet, ikkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker issa jista’ jintela bil-merkanzija. It-tanker imbagħad jerġa’ jittieħed ‘il barra mill-kosta Maltija.

Mit-tanker għall-art, il-gass jiġi ppumpjat sal-moll. Il-gass naturali jkun forma likwida sakemm jasal fuq l-art.

Mistennija jissoktaw ukoll it-testijiet b’rabta mal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija li jagħmlu l-proġett tat-tanker wieħed temporanju.

It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar 125,000 metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.

Il-qalba mill-aktar żejt li jniġġeż għall-gass, hija wegħda elettorali oħra mwettqa mill-Gvern.

 

Ta’ QabelLi Jmiss