Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li lejliet l-ewwel tas-sena kiser imnieħer martu b’daqqa ta’ ponn waqt argument li kellhom bejniethom.
Dan wara li kien ilu arrestat għal dawn l-aħħar ħdax-il jum.
Il-każ seħħ wara li r-raġel allegatament sar jaf li l-mara ttradietu u konsegwenza tad-daqqa li taha, ġarrbet ukoll ksur f’saqajha wara li waqgħet it-taraġ meta pprovat taħrab lill-agressur.
Wara li l-Qorti semgħet ix-xhieda kollha, ordnat il-ħelsien mill-arrest tar-raġel fuq depożitu ta’ tmien mitt ewro u garanzija personali ta’ ħamest elef ewro.
Dan filwaqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-mara u għal uliedha.