Golden Globes: ‘La La Land’ ikaxkar kollox

La La Land iddomina l-Golden Globes meta rebaħ rekord ta’ seba’ unuri u hekk ħalla warajh lil One Flew Over The Cuckoo’s Nest u Midnight Express, li kienu rebħu sitt unuri fil-Golden Globes.

La La Land rebaħ kull kategoriji li fiha kien innominat. Fosthom  dik għall-aħjar film mużikali jew komiku.  La La Land rebaħ ukoll il-kategoriji għall-aħjar mużika oriġinali,  kanzunetta, u screenplay, l-aħjar direttur kif ukoll l-aħjar atturi fil-kategoriji ta’ film mużikali jew komiku.

Iżda, filwaqt li l-produtturi ta’ dan il-film iċċelebraw din il-kisba enormi, serqet ix-xena Meryl Streep li f’diskors li fih ma semmitx darba lill-President elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, kellha messaġġ iebes ħafna dwar l-aġir tiegħu.

Fost oħrajn b’referenza għal meta prova jgħaddi biż-żmien ġurnalist b’diżabbiltà.

Ta’ QabelLi Jmiss