Golden Globes: Botti u risposti bejn Trump u Streep

Donald Trump ma felaħx ma jirrispondix għall-messaġġ li għamlet Meryl Streep, fejn ikkritikatu waqt id-diskors tagħha meta ġiet mogħtija premju fil-Golden Globes.

Trump kiteb fuq Twitter “Meryl Streep, waħda mill-attriċi li jagħmlu fuss żejjed dwarha f’Hollywood, ma tafnix iżda attakkatni l-lejl li għadda waqt il-Golden Globes.”

Streep qalet li kien baqgħet imbellħa meta l-President-elett, Donald Trump, kien tmejjel b’ġurnalist b’diżabilità waqt il-kampanja tiegħu.

Trump qal “Dik qaddejja ta’ Hillary li tilfet bil-kbir.”

Kompla billi qal li “Għall-mitt darba, jien qatt ma ‘tmejjilt’ b’ġurnalist b’diżabilità.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss