FILMAT: Jiżfnu, ikantaw u joħolqu tbissima fuq wiċċ kulħadd

Filmat li jixhed id-dedikazzjoni li dawn l-impjegati fl-Iskola Sekondarja tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Kulleġġ St. Jeanne Antide f’Ħal Tarxien għandhom lejn l-istudenti.

Dan hekk kif dan il-filmat tħejja bil-ħsieb li joħloq tbissima fuq fomm min jarah, b’mod partikolari lill-istudenti ta’ dan il-Kulleġġ u l-ġenituri tagħhom għal żmien il-Milied.

L-impjegati ngħaqdu kollha flimkien fejn b’ilbies relatat mal-Milied, żfin, ‘kant’ b’kordinazzjoni ma’ kanzunetta barranija popolari ta’ Justin Timberlake għamlu mill-aħjar li jistgħu biex ixerrdu l-ispirtu tal-Milied.

Bosta persuni faħħru din l-inizjattiva taħt il-filmat fuq is-sit soċjali Facebook hekk kif il-filmat intwera kważi mitt elf darba, kellu ‘il fuq minn elfejn ‘like’ u aktar minn 1,500 ‘share’.

Ta’ QabelLi Jmiss