“Fejn tidħol il-migrazzjoni, inħossni Malti” – Jean Claude Juncker

Kliem ta’ tifħir u importanti dwar pajjiżna, kien dak li kiteb il-President tal-Kummisjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, li bħalissa jinsab f’pajjiżna għaċ-ċerimonja ta’ ftuh tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Qal li pajjiżna huwa “birthplace and hearbeat of our EU agenda on migration”.

Dan ifisser li fi prijorità daqshekk importanti fuq l-aġenda Ewropea, pajjiżna huwa meqjus bħala ċ-ċentru ta’ diskussjoni u li għandu rwol importanti ferm f’kwistjoni li tolqot iċ-ċittadini Ewropej. Pajjiżna mhux l-ewwel darba li stieden lill-pajjiżi jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu l-futur tal-imigrazzjoni dan hekk kif dan kien propju s-suġġett ewliena fil-Valletta Summit fl-2015.

Fil-ħsibijiet tiegħu f’artiklu fuq il-Malta Independent, Juncker stqarr li huwa jħossu Malti fejn tidħol l-imigrazzjoni hekk kif 63% taċ-ċittadini Maltin jqisu dan is-suġġett bħala wieħed mill-aktar importanti u li jeħtieġ li jingħata aktar attenzjoni, biex verament ikollna sistema Ewropea effettiva.

Matul il-Presidenza ż-żewġ objettivi tagħna li jmorru id f’id huma li nħaffu l-implimentazzjoni ta’ miżuri li diġà ntlaħaq ftehim dwarhom, u biex niżguraw li l-kwistjoni tibqa’ waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-aġenda politika. Iċ-ċittadini tagħna qed jitolbu li tittieħed azzjoni u ma nistgħux nippermettu li l-UE tkun passiva, li ma titrattax dan is- suġġett bl-urġenza u bl-importanza li jistħoqqilha.

Ritratt: Clifton Fenech, DOI

Ta’ QabelLi Jmiss