Uncategorized | One News - Part 9

Notifiki

Tirreżenja attivista tal-Occupy Justice wara li qalet li ntalbet tiġbor donazzjonijiet illegali

Attivista tal-Occupy Justice irriżenjat wara li allegaament qalet li ntalbet tiġbor donazzjonijiet illegali għal aktar minn darba fl-aħħar għaxar xhur.

Fi stqarrija, Erika Mizzi allegat li fl-aħħar xhur, l-għaqda li tipprietka tant fuq il-governanza tajba talbitha tiġbor donazzjonijiet illegali minn diversi attivitajiet soċjali, chats fuq siti elettroniċi, u waqt viġilji li xi membri tal-għaqda jorganizza għall-blogger Daphne Caruana Galizia. Dan anke jekk hi kemm-il darba ġibdet l-attenzjoni li dan huwa illegali, għaliex il-liġi Maltija tgħid li persuna jew entità ma tistax titlob donazzjoni mingħajr permess tal-pulizija jew mingħajr ma tkun NGO reġistrata. Hija qalet li l-qalba tal-Occupy Justice insistiet li jekk l-attivisti jagħtu sehemhom, l-informazzjoni kollha tkun ippubblikata.Aqra aktar

Drake u Ariana Grande jiddominaw ix-xena tal-mużika fl-2018

Is-sena 2018 fix-xena mużikali bla dubju ta’ xejn kienet is-sena tal-kantant Kanadiż Drake. Dan hekk kif huwa kien l-iżjed artist popolari tul din is-sena b’iżjed min tmien biljun stream ta’ diski tiegħu, bid-diska tiegħu God’s Plan kienet l-iżjed diska popolari matul l-elfejn u tmintax. Iżda mhux biss.

F’informazzjoni ppublikata minn Spotify, l-ikbar pjattaforma mużikali fuq l-internet, joħroġ li diska oħra ta’ Drake, In My Feelings li ddominat l-istaġun tas-sajf, kienet il-ħames l-iżjed diska popolari tul is-sena. L-album tiegħu Scorpion kien l-iżjed album popolari tul l-elfejn u tmintax.Aqra aktar

Sena ta’ investiment kbir fl-infrastruttura ta’ Malta

Waqt li ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena ġdida, l-elfejn u tmintax se ttemm kapitlu ieħor ta’ xogħol estensiv fil-qasam infrastrutturali ta’ pajjiżna.

Sena li matulha saru bosta proġetti infrastrutturali bil-għan li jnaqqsu l-problema tat-traffiku u l-tniġġis fl-arja. Dan b’investiment ta’ aktar minn sittin miljun ewro.Aqra aktar

BIR-RITRATTI: Mara l-isptar fost 20 li ngħataw il-kura għad-dħaħen li belgħu f’nirien fil-Gżira

Mara ta’ 67 sena iddaħlet l-isptar u 19-il persuna oħra ngħataw kura medika fuq il-post, wara nirien fil-komun ta’ binja appartamenti fi Triq ir-Rebħa, il-Gżira.

Il-Pulizija mhux qed teskludi li n-nar fil-blokka t’appartamenti tqabbad apposta. Dan hekk kif il-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili sabu tliet tyres jaqbdu quddiem wieħed mill-appartamenti tal-ewwel sular.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Bormliżi jiċċelebraw il-Kunċizzjoni

F’ġurnata b’temp mill-isbaħ, il-Bormliżi ċċelebraw il-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Mijiet ta’ persuni mlew il-Knisja Arċipretali ta’ Bormla għall-quddiesa solenni.

Xi ħaġa li tispikka f’din il-belt fil-qalba tal-Kottonera hija l-attendenza tal-Bormliżi għal festi nterni li jsiru b’pompa kbira, frott id-devozzjoni tagħhom lejn omm Alla.

Mark Agius, Bormliż, qal “Iva ħafna n-Novena hu, li għal disa t’ijiem sħaħ tibda fis-sitta neqsin kwart ta’ filgħodu, il-ħruġ min-niċċa li jkun kbir daqs it-8 ta’ Diċembru u llum inkunu qed nistennewha, aħna l-importanti li toħroġ l-Immakulata… dik l-ewwel”Aqra aktar

Il-Ministru għal Għawdex tindirizza konferenza dwar il-vjolenza domestika f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana attendiet konferenza fejn ġiet diskussa l-vjolenza domestika fis-soċjetà tagħna. Għal din l-attività kien hemm preżenti studenti mill-Iskola għall-Istudji Avvanzati  Sir Michelangelo Refalo t’Għawdex. Il-konferenza tat l-opportunità li titqajjem aktar kuxjenza dwar ċirkostanzi li ħafna nies jgħixu fihom ta’ kuljum.

Aqra aktar

Send this to a friend