Uncategorized | One News - Part 7

Notifiki

Residenti ta’ San Vinċenz issa b’aċċess għal AEDs fir-residenza

Ġew installati ħmistax-il Automated External Defibrillator (AED) f’San Vinċenz De Paul, li jekk jintużaw wara ħames minuti minn x’ħin persuna jkollha attakk tal-qalb, iċ-ċans għall-għajxien jiżdied bi 80%.

Waqt l-inawgurazzjobi, is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis stqarr li dan l-iżvilupp huwa wieħed importanti għal din il-faċilità biex tkun preparata għall-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu, għaliex apparti li tospita aktar minn 1,000 anzjan/a bħala residenti, tħaddem madwar 1,800 persuna, u ta’ kuljum iżuruha bosta familji u qraba tal-istess residenti.Aqra aktar

Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi tassisti entitajiet oħra f’siti turistiċi wara l-ħsarat tal-maltemp

Fid-dawl ta’ bosta ħsarat li saru kawża tal-maltemp qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin bejn ilbieraħ u llum, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, entità li taqa’ taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, ħadu ħsieb illum il-Ħadd, li jassistu entitajiet oħra f’bosta siti turistiċi li ġarrbu ħsarat u jevitaw perikli għas-sewwieqa u l-pubbliku inġenerali.Aqra aktar

“Mhux se tiġi ttollerata ebda kompetizzjoni inġusta fuq il-ħaddiem Malti” – il-PM

Fuq ONE Radio l-Prim Ministru tkellem dwar id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fil-laqgħat tal-Kabinett u dwar il-politika ambjentali ta’ dan il-Gvern semma kif f’perjodu deċiż iridu jibdew jidħlu karozzi elettriċi.

Qal dan fi sfond li wara l-għeluq tal-powerstation tal-heavy fuel oil, huwa t-traffiku bħala l-aktar sors li qed iniġġes l-arja f’Malta.

Huwa semma wkoll t-tnaqqis tal-iskart mill-borża s-sewda b’ħamsa u għoxrin fil-mija wara li qed jinġabru eluf ta’ tunnellati bħala skart organiku.

Qal ukoll li sal-aħħar ta’ din is-sena se tidħol l-għaxar ċenteżmi ħlas fuq kull flixkun tal-plastik li imbagħad tiġi rifonduta mar-ritorn tal-flixkun.

Il-Prim Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar il-ftuħ ta’ skola ġdida f’Wied il-Għajn.

“Din hija infrastruttura importanti għas-sistema edukattiva, iżda apparti s-seba’ skejjel ġodda f’seba’ snin, qed isir irranġar ta’ skejjel oħra li wkoll jixirqilhom l-aħjar ambjent”, saħaq il-Prim Ministru li semma wkoll kif l-għalliema jixirqilhom kull appoġġ f’xogħolhom.Aqra aktar

Send this to a friend