Uncategorized | One News - Part 6

Notifiki

“Mhux se tiġi ttollerata ebda kompetizzjoni inġusta fuq il-ħaddiem Malti” – il-PM

Fuq ONE Radio l-Prim Ministru tkellem dwar id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fil-laqgħat tal-Kabinett u dwar il-politika ambjentali ta’ dan il-Gvern semma kif f’perjodu deċiż iridu jibdew jidħlu karozzi elettriċi.

Qal dan fi sfond li wara l-għeluq tal-powerstation tal-heavy fuel oil, huwa t-traffiku bħala l-aktar sors li qed iniġġes l-arja f’Malta.

Huwa semma wkoll t-tnaqqis tal-iskart mill-borża s-sewda b’ħamsa u għoxrin fil-mija wara li qed jinġabru eluf ta’ tunnellati bħala skart organiku.

Qal ukoll li sal-aħħar ta’ din is-sena se tidħol l-għaxar ċenteżmi ħlas fuq kull flixkun tal-plastik li imbagħad tiġi rifonduta mar-ritorn tal-flixkun.

Il-Prim Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar il-ftuħ ta’ skola ġdida f’Wied il-Għajn.

“Din hija infrastruttura importanti għas-sistema edukattiva, iżda apparti s-seba’ skejjel ġodda f’seba’ snin, qed isir irranġar ta’ skejjel oħra li wkoll jixirqilhom l-aħjar ambjent”, saħaq il-Prim Ministru li semma wkoll kif l-għalliema jixirqilhom kull appoġġ f’xogħolhom.Aqra aktar

ISMA: “Tlift l-ommi bil-kanċer, tlift l-għarus bil-kanċer u kelli kanċer jiena wkoll” – Martina

Fil-jum ddeddikat għall-prevenzjoni tal-kanċer l-istudenta Martina Fenech li tilfet l-aktar nies għeżiż tagħha kawża tal-kanċer esprimiet id-dispjaċir tagħha għaliex ħafna jagħżlu li jevitaw li jagħmlu testijiet li jistgħu isalwawlhom ħajjithom.

Filfatt il-marda tal-kanċer ħalliet vittma lil omm u lill-għarus ta’ Martina filwaqt li hija kellha tagħmel operazzjoni sabiex tneħħi sidirha hekk kif kienet f’periku kbir li tispiċċa vittma hija wkoll.

Martina spjegat li hija ma tħossx li l-kanċer jiddefenixxinha u sostniet li l-kanċer għallimnha tgħix. Appellat li l-kanċer lilha ma tathiex sentenza tal-mewt iżda tagħni sentenza ta’ ħajja għax bis-saħħa tiegħu tgħallmet tapprezza aktar il-ħajja.

Martina temmen sabiex in-nies ma jibżgħux jagħmlu t-testijiet neċessarji. Hawnekk hija spjegat li n-nies isibu l-ħin u flus sabiex igawdu ħajjithom iżda mhux kulħadd isib ħin sabiex ipoġġi għat-testijiet. Testijiet, li jistgħu isalvaw ħajjet dawk li jagħmluhom.

Send this to a friend