Uncategorized | One News - Part 5

Notifiki

“Waqqafna riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew milli titlob li jiskatta Artiklu 7 kontra Malta” – Miriam Dalli

Kien il-Grupp Soċjalisti u Demokratiċi li bblokka riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew milli timbotta lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti bidu għall-Artiklu 7 kontra Malta. Minflok din ir-riżoluzzjoni talbet għal djalogu mal-Gvern Malti, spjegat l-Ewroparlamentari Miriam Dalli.

“Kieku ma kinitx għall-pressjoni magħmula mill-Grupp S&D, u personalment ma’ Ewroparlamentari, ir-riżultat kien ikun wieħed differenti ħafna,”qalet Miriam Dalli, waqt li kienet qed tindirizza attività f’Ħal Luqa.
Aqra aktar

Malta ma tistax terfa’ piż ta’ problema u sitwazzjoni li ma ħloqnihiex aħna – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li Malta ma tistax terfa’ piż ta’ problema u sitwazzjoni li ma ħloqnihiex aħna.

Dr Muscat qal dan f’kummenti lill-ġurnalisti b’rabta mal-aħħar kwistjoni li nqalgħet bil-vapur Alan Kurdi li fuqu hemm 64 immigrant.

Il-Prim Ministru qal Malta dejjem imxiet mal-liġi marittima internazzjonali.

Aqra aktar

ARA: Karozzini, mogħoż u Malta fi snin tletin

Filmat mill-isbaħ ta’ madwar erba’ minuti jerġa’ jeħodna lura lejn is-snin tletin, meta f’Malta l-karozzin kien għadu mezz ta’ trasport u meta l-Maltin kien għadhom jeħilbu l-mogħoż fit-toroq.

Fil-filmat, miġbur minn kumpanija Ingliża, jidhru wkoll xeni mill-isbaħ, fosthom l-Isptar ta’ San Luqa ġdid fjamant, bastimenti navali, diversi uffiċjali bl-uniformijiet, l-iswar tal-Belt fost oħrajn.

 

L-isport huwa parti mit-terapija għall-awtiżmu

Ix-xahar ta’ April huwa sinonimu mal-għarfien dwar l-awtiżmu u ONE news iltaqa’ ma’ Carmen Abela, omm Laura li ta’ sena u tliet xhur saritilha dijanossi tal-awtiżmu.

Carmen qaltilna li kienet problema f’saqajn iċ-ċkejkna Laura li waslet biex ġew determinati problemi oħra fosthom problema fil-komunikazzjoni mit-tifla. Dan kien l-ewwel sinjal tal-awtiżmu.

“It-tifla wara li ġiet diagonsed bl-awtiżmu ovvjament l-ewwel ma kienet l-importanti hija t-terapija biex hi timpruvja, minn hemm sibtilha l-isports adattat għaliha u daħħaltha mal-ispecial olympics, u hija atleta tal-ispecial olympics, tiġri, ġifieri agħmel l-atlethics”

Minkejja l-kundizzjoni tal-awtiżmu, Laura li llum għandha disa’ snin, tkompli bl-attivitajiet soċjali tagħha, tant li tmur t għall-sessjonijiet tad-drama kif ukoll tipprattika passatemp ieħor favurit tagħha, l-imudellar.

L-isport kien ukoll strumentali fit-terapija għal Laura li llum hija atleta tal-ispecial olympics. Carmen qaltilna li ta’ sitt snin, Laura ħadet sehem għall-ewwel darba fl-atletika, u li kisbet żewġ midalji; waħda tal-bronż f’tellieqa tal-ħamsin metru u oħra tal-fidda fil-ħamsa u għoxrin metru.

Carmen, li tagħmel parti mill-Autism Parents Assosciation u li tilqa’ fi ħdana sitt mitt membru, taħdem viċin il-fondazzjoni Marigold biex ikompli jiżdied l-għarfien dwar il-kundizzjoni.

“Bħalissa huwa x-xahar tal-awtiżmu, allura qed inqajmu ħafna awareness. Infatti kellna l-light it up blue wkoll. Nagħmlu ħafna awareness, mhux April biss, imma s-sena kollha biex inqajmu l-awareness fuq l-awtiżmu”

Hija sostniet l-importanza ta’ aktar għarfien dwar l-awtiżmu, kif ukoll qasmet magħna episodju li kellha meta Laura tatha tantrum.

“Jien inkun naf għalfejn qed tagħmel hekk imma sfortunatament in-nies  jibdew jaħsbu li mhux qed nagħtu kashom, inkomplu nparlaw u li nħalluhom jagħmlu li jridu u ġieli kelli episodji li jew żammewha minn idha biex iqajmuha mill-art jew isiktu lili biex neduka lit-tifla. In-nies ma jkunux jafu għalxiex”

Carmen temmet b’appell biex ma niġġudikawx lill-ġenituri, għaliex huma jkunu jafu kif għandhom jaġixxu kif ukoll jedukaw lill-uliedhom li jinsabu fuq l-ispettru tal-awtiżmu.

Id-dejn ta’ Malta jonqos bi €52.8 miljun fl-2018 – l-investiment fi proġetti kapitali laħħaq is-€605 miljun

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dejn ta’ Malta naqas bi kważi €53 miljun ewro. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li matulha l-Gvern irnexxielu jnaqqas id-dejn ta’ Malta wara fl-2017, id-dejn naqas b’€103 miljun. Dan ifisser li f’sentejn, il-Gvern naqqas id-dejn tal-pajjiż b’madwar €160 miljun.

L-istatistika tal-NSO turi wkoll li matul is-sena li għaddiet, l-imgħaxijiet fuq id-dejn tal-Gvern naqsu b’aktar bi ħdax-il miljun u ħames mitt elf ewro. Joħroġ ukoll li l-iżbilanċ fil-fond konsolidat li għaddiet kien jammonta għal ftit aktar minn €70 miljun.

Aqra aktar

Il-qgħad jonqos bi 8.8% fi Frar

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fi Frar li għadda il-qgħad naqas bi kważi disgħa fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Ċifri pprovduti mill-aġenzija Jobs Plus juru li fi Frar il-qgħad naqas b’mija u sitta u sebgħin ruħ minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad biex sal-aħħar tax-xahar kien hemm anqas minn elf u disa’ mitt ruħ fuq il-kotba tal-qgħad.

L-NSO qal li l-qgħad naqas fil-kategoriji kollha bl-akbar tnaqqis kien irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.

Joħroġ ukol li l-qgħad naqas kemm fost l-irġiel kif ukoll fost in-nisa. Il-qgħad fost l-irġiel niżel għal ftit anqas minn elf u tliet mija waqt li l-qgħad fost in-nisa naqas għal ħames mija u sitta u tletin.

Ċifri pożittivi wkoll dwar il-qgħad fost il-persuni b’diżabilità bl-istatistika turi li fi Frar l-għadda l-persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’wieħed u sebgħin meta mqabbel ma’ Frar tas-sena li għaddiet biex issa hemm mitejn u ħmistax-il ruħ biss jirreġistraw għax-xogħol f’din il-kategorija ta’ ħaddiema.

Fost l-irġiel u n-nisa kollha jirreġistraw għax-xogħol, l-iktar xogħlijiet li fittxew kienu dawk marbuta ma’ xogħlijiet klerikali.

 

 

 

Send this to a friend