Uncategorized | One News - Part 4

Notifiki

Ara x’għandek tagħmel sabiex tingħaqad mal-ERRC

L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) qed jagħmlu sejħa għall-voluntiera mill-pubbliku ġenerali sabiex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom bħala waħda mill-aħjar NGOs umanitarja f’Għawdex li tipprovdi servizzi madwar il-gżejjer Maltin.

Il-voluntiera jiġu mħarrġa biex jassistu voluntiera oħra ta’ l-ERRC fis-servizzi differenti li jkunu msejħa jwettqu, kif ukoll dmirijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex l-assocjazzjoni tibqa tikber u taħdem b’mod effiċjenti.

L-ERRC ija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilitaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.

Dawn huma l-kuntatti tal-għaqda ERRC:

Email: [email protected]

Tel: 27072652

Facebook: https://www.facebook.com/errcmalta/

 

‘Irid ikollna ġid biżżejjed biex nindirizzaw l-isfidi’ – il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburitsa qal kif f’diskussjoni mal-imsieħba soċjali, l-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif it-tip ta’ diskussjoni mxiet ferm minn kif kienet qabel. “Irridu niddeċiedu fejn irridu mmorru. Jekk irridux inkomplu nikbru, sitwazzjoni fejn noħolqu l-ġid u jkollna problema, imma jkollna ġid biżejed biex nindirizzawhom bil quddiem,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar ir-riżultati miksbura lbieraħ b’rabta mal-finanzi tal-pajjiż.

“Huwa ċar li t-targets il-kbar qed ikunu achieved in-nies ġusrtament qed jistennew iktar f’dak li għandux x’jaqsam ma’ kwalità… dik hija l-isfida l-kbira li għandna quddiemna bħala pajjiż,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim ministru nnota kif “Id-diskussjoni m’għadiex sempliċiment fuq kemm se tħallasni paga, iżda fuq kemm se jkolli ħin mal-familja. Kif nista’ nibbilanċja l-bżonnijiet tal-familja tiegħi, flimkien mal-bżonnijiet finanzjarji biex nimxi ‘l quddiem.”

Il-Partit Laburista qal li l-imsieħba soċjali kellhom kliem ta’ tifħir għal dak li kiseb il-gvern. Fl-istess ħin tkellmu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għaż-żmien li ġej.

Hawn il- Prim Ministru enfasizza kif fl-ebda mument ma jpartat l-isfidi tal-lum mal-problemi li kienu jiġu affaċċjati qabel l-2013. Minn ekonomija staġnata, proprjeta’  u nies jikkuntentaw ruħhom b’minimum wage, illum ‘il ġurnata, f’ħafna setturi, il-paga minima hija non-starter.

Finalment il-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru aċċena kif dan il-Gvern kiseb dan kollu mhux billi morna fit-triq t’awsterita’. It-tkabbir tal-ekonomija b’għajnejn ekonomisti wasslet biex “qtajna t-taxxi, żidna s-servizzi, child care b’xejn trasport b’xejn fl-iskejjel u kisbiet infrastrutturali.”

Kim Jong-Un fir-Russja għal summit ma’ Putin

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un wasal fil-Lvant tar-Russja għal summit mal-President Russu, Vladimir Putin.

Il-Kremlin qal li l-mexxejja mistennija jitkellmu fuq il-problema nukleari tal-peninsula Koreana.

Kim qed ifittex li jagħti l-appoġġ tiegħu wara li fallew it-taħdidiet mal-president tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Trump u Kim iltaqgħu f’Hanoi aktar kmieni din is-sena biex jiddiskutu l-programm tal-armi nukleari tal-Korea ta’ fuq, iżda s-summit li kien it-tieni wieħed bejniethom, intemm mingħajr ebda ftehim.

BIR-RITRATTI: żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Ħamrun

Żewġ karozzi spiċċaw ħuġġieġa nar fi Triq Santa Marija fil-Ħamrun.

Jidher li n-nirien bdew minn karozza ta’ tip Fiat Punto għall-ħabta tal-4:30 ta’ filgħodu, fejn imbgħad żviluppaw f’karozza oħra pparkjata biswit tagħha.

Il-puliżija mistennija televa kameras tas-sigurata li hemm fil-viċinanza ta’ fejn il-karozzi ħadu in-nar.

 

 

 

Il-Kunsilli Lokali se jingħataw €120,000 għal proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien tal-annimali

Fond ta 120,000 ewro se jagħti l-opportunità lill-Kunsilli Lokali li jwettqu proġetti sabiex jinħolqu iżjed postijiet għall-annimali u inizjattivi oħra għall-ħarsien tagħhom.

Fost il-proġetti li l-kunsilli se jkunu jistgħu iwettqu, il-fond se jkun użat biex isiru spazji miftuħa għall-klieb, cat cafès u kampanji ta’ neutering.Aqra aktar

Imutu numru kbir ta’ turisti wara li nqalbet xarabank fil-Portugal

Minn tal-anqas 29 persuna tilfu ħajjithom wara li xufier ta’ xarabank tilef il-kontroll tal-vettura u nqaleb biha f’Madeira, il-Portugall.

It-turisti fuq ix-xarabank kienu kollha Ġermaniżi. Sebgħa u għoxrin persuna oħra qed jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu kawża tal-inċident.

Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll fi triq ewlenija fil-Gżira Portugiża, inqaleb bix-xarabank, u din tkaxkret mat-triq sakemm laqtet bejt ta’ dar privata.

Abbord ix-xarabank dak il-ħin kien hemm mal-55 persuna, inkluż is-sewwieq u gwida tat-turisti.

 

121 persuna jinqatlu kawża tal-vjolenza fil-Libja

Il-vjolenza mdemmija fi Tripli fil-Libja kompliet tħalli iżjed persuni mejta hekk kif in-numru issa tela’ għal 121 persuna. Fost il-mejta hemm 28 li huma tfal. Dan minbarra li aktar minn 500 persuna ndarbu fi ġlied bejn żewġ fazzjonijiet militari waħda leali lejn il-Gvern rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda u oħra leali lejn Khalifa Haftar, persuna rispettata ferm fl-armata Libjana.

Hu mifhum li mas-16,000 persuna ċċaqalqu minn djarhom riżultat ta’ dan il-ġlied li ħalla ħerba fil-Libja hekk kif l-instabilità f’dan il-pajjiż kompliet tippersisti.

Numru t’ambulanzi wkoll kienu fil-mira tal-attakki hekk kif l-attakki bil-missili ma waqfux.

Send this to a friend