Uncategorized | One News - Part 29

Notifiki

MALTIN FIL-BŻONN: se jiżżewġu ta’ malajr għax il-missier qed imut

Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.

Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.

Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.

Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.

Aqra aktar

“Prosit u thank you lil dik il-persuna li trid tibqa’ anonima”….

Li bħala Maltin nispeċjalizzaw f’ħafna xorti huwa fatt magħruf. Fost it-tajjeb u l-ħażin, nispeċjalizzaw ukoll fil-ġesti sbieħ lejn ħaddieħor. Xhieda ta’ dan huwa dak li għamel bniedem anonimu mal-pazjenti morda bil-kanċer fis-Sir Anthony Mamo Oncology Centre.

Sabiħ li wieħed jara din it-turija ta’ apprezzament, anke lejn persuna anonima. Sabiħ ukoll li stejjer bħal dawn għadek issibhom, f’dinja fejn ħafna mill-aħbarijiet inkunu inqas feliċi.

Aqra aktar

Jissuġġerixxi counselling minflok ħabs għal min jara l-porn fuq it-tfal

Uffiċjal għoli Ingliż speċjalizzat fl-atti kriminali relatati mal-pornografija fuq it-tfal għamel suġġeriment li ħasad lil bosta. Qal li n-nies m’għandhomx imorru l-ħabs jekk jinqabdu jħarsu lejn stampi pornografiċi ta’ tfal u ma jkunux ta’ theddida fiżika.

Il-kuntistabbli ewlieni Simon Bailey huwa irrapportat isostni li uffiċjali għandhom jiffokaw fuq dawk li verament jabbużaw mit-tfal jew inkella li jużaw l-internet biex iġiegħlu lil min ikun abbużiv. Bailey insista li dawk li jinqabdu jħarsu biss, għandhom jingħataw servizz ta’ counselling u riabilitazzjoni.

Aqra aktar

21 każ ta’ suwiċidju

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal fil-Parlament li matul l-2016 kien hemm 21 każ ta’ suwiċidju.

Huwa qal lil Anthony Agius Decelis li 18-il persuna kienu rġiel u tliet nisa.

Il-Ministru qal li 17 minn dawn il-persuni kienu ta’ nazzjonalita’ Maltija filwaqt illi erbgħa kienu barranin.

L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn il-25 u t-83 sena.

Direttur ġdid għall-FIAU

Il-bord tad-Diretturi tal-Financial Intelligence Analysis Unit, l-FIAU, ħatar lil Kenneth Farrugia bħala Direttur Ġdid. Din il-ħatra saret wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u proċess ta’ intervisti. Minbarra huwa kwalifikat fis-settur finanzjarju Farrugia kellu pożizzjonijiet ta’ awditjar kemm fis-settur pubbliku u anke f’dak privat. Għal dawn l-aħħar disa’ snin ħadem fl-Internal Audit and Investigations Department.

Aktar minn 400,000 telefonata fuq in-numru 112 f’sena

  • Is-servizz ta’ emerġenza se jissaħħaħ permezz ta’ mobile application

Fis-sena 2016, il-control room tal-Pulizija irċeviet 407,130  telefonata fuq in-numru 112, bl-aktar xhur bieżla jibqgħu dawk tas-sajf b’ Lulju jleħħaq is-37,544 telefonata.

Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela waqt żjara li għamel f’attivita’ edukattiva li saret fl-istazzjon tat-tifi tan-nar fix-Xemxija. Membri mill-Pulizija, Armata u Protezzjoni Ċivili iltaqgħu mat-tfal minn skejjel primarji u għallmuhom fuq l-użu responsabbli tan-numru 112.

Aqra aktar

Trid toast dalgħodu? EVITA LI TIXWIHA SAKEMM ISSIR KANNELLA

Ħadt jew se tieħu toast dalgħodu? Ara li tkun safranija u mhux kannella, biex forsi tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer.

Il-Food Standards Agency fl-Ingilterra qed twissi li meta ħobż, chips jew patata jkunu msajra jew mixwija sakemm jiġu kannella, dawn tiżdidilhom l-‘acrylamide’. Tip ta’ kimika li toħroġ minn dan it-tip ta’ ikel meta jkun mixwi għal ħafna ħin. L-istess aġenzija wissiet li l-patata qatt m’għandha tinżamm fil-friġġ, għax l-ammont ta’ zokkor jiżdied fil-patata meta tinżamm f’temperaturi baxxi, u jiżdied l-ammont ta’ ‘acrylamide’ waqt it-tisjir.

Send this to a friend