Uncategorized | One News - Part 28

Notifiki

Imnedija l-ewwel pixxina olimpika ‘indoor’ f’pajjiżna

Se jiġi mniedi l-ewwel pixxina olimpika indoor f’pajjiżna, bi spiża ta’ ħames miljun ewro. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Chris Agius qal li ħarġu l-permess u issa jmiss li joħorġu t-tenders għal kumpless f’Kottonera. 

Qal li din hija wegħda oħra tal-manifest elettorali, u kienet ilu ħafna jinħass il-bżonn hawn Malta. Qatt ma kellna din it-tip ta’ pixxina hawn Malta.

Aqra aktar

Ir-riżultat tas-surplus ikompli joħloq klima tajba – GRTU

“Ovvjament it is very good news għalina li Malta laħqet dan il-livell ta’ surplus, hija xi ħaġa li konna ilna naspiraw għalih u issa fl-aħħar wasalna.” 

Hekk ikkummentat id-Direttur tal-GRTU, Abigail Mamo, dwar il-fatt li s-sena li għaddiet Malta kellha surplus ta’ mitt miljun ewro. Tkellmet dwar kif din hija kisba li ħadmu għaliha l-gvern u s-settur privat.  “Ovvjament il-Gvern mexa b’direzzjoni tajba biex wasalna li llum il-ġurnata għandna surplus pero’ ovvjament dan ma kienx biss il-Gvern, is-settur privat li kellu rwol importanti fiha din u anke l-Gvern li jkolli attitudni pro-business u li jinkoraġġixxi lis-settur privat jinvesti u jinvesti fl-ekonomija tagħna ovvjament iwassal għal surplus,” żiedet tgħid Mamo.

Għan-negozji żgħar u medji din hi kisba importanti.

Aqra aktar

Busuttil imur il-Qorti jinsisti li ma jkunx investigat

Filwaqt li jibqa’ jinsisti li ma jkunx investigat mill-Kummissjoni Elettorali dwar l-iskandlu Pagi PN, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li talab lill-Qorti biex tiddetermina il-ksur tal-Kostituzzjoni. Biex żgur ma jkunx investigat mill-Kummissjoni Elettorali, qed jgħid li l-investigazzjoni mill-istess Kummissjoni tikser id-drittijiet fundamentali.

Għadu ma waqafx jispjega għaliex biddel fehemtu dwar li l-Kummissjoni Elettorali tinvestigah, kif tista’ tara mir-rispons tiegħu dalgħodu.

Minkejja din l-imġieba, fl-istqarrija li bagħat ftit tal-ħin ilu, il-Partit Nazzjonalista insista li huwa miftuħ għal kull proċess investigativ.

Aqra aktar

Avviż mill-Enemalta…agħmel share biex ikun evitat it-traffiku

 Partijiet minn Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa, ser ikunu magħluqin għat-traffiku bejn nhar l-Erbgħa 19 ta’ April u nhar il-Ġimgħa 21 ta’ April 2017.

Nhar l-Erbgħa, il-karreġġjati li jagħtu lejn in-nofsinhar biswit il-Marsa North Distribution Centre ta’ Enemalta plc, mill-inħawi tal-Menqa għal ħdejn Is-Salib tal-Marsa, ser ikunu magħluqin bejn id-disgħa u nofs ta’ filgħodu u t-tlieta  ta’ wara nofsinhar. Bejn it-tlieta ta’ waranofsinhar u l-għada l-Ħamis fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu, ser jingħalqu l-karreġġjati tal-istess parti tat-triq li jagħtu lejn in-naħa l-oħra, mis-Salib tal-Marsa lejn il-Menqa. Mid-disgħa u nofs ta’ filgħodu tal-Ħamis sal-għada fl-istess ħin, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa miż-żewġ naħat.

Pulizija tat-traffiku ser ikunu fil-post il-ħin kollu sabiex jiggwidaw lis-sewwieqa.

Filwaqt li tirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni, u lill-Pulizija, lil Transport Malta u lill-Kunsill Lokali Marsa għall-għajnuna tagħhom, Enemalta plc fi stqarrija qalet li jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent.

Spiċċaw il-Qorti wara li ħalltu u qasmu

Mekkanik tal-karozzi ttella’ l-Qorti mill-eks kunjatu tiegħu wara li ntalab jirritorna xi għodda mislufa lilu.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-eks kunjatu kien sellef xi ‘parts’, għodda, użu ta’ garaxx u karozza lir-raġel ta’ bintu iżda meta dawn kienu qed jisseparaw, l-eks kunjatu talab l-affarijiet lura.

Aqra aktar

“Din il-bniedma daħlitli fil-karozza b’ċavetta universali!”

“To All SMART owners … This creature broke into my car as you can see at 03:02 am with some sort of universal key… if anyone recognizes this junkie please PM me. Don’t leave much in your smart cars…”

Hekk kiteb żagħżugħ li qed jappella biex kull min għandu informazzjoni dwar dan l-inċident jgħaddiha lill-Pulizija, li jafu bil-każ.

Is-serqa seħħet tul il-lejl li għadda fit-triq prinċipali tal-Ħamrun.

Aqra aktar

Joħroġ “l-aħħar” ritratt tal-Pulizija li miet fl-attakk ta’ Westminster

“L-aħħar” ritratt tal-Pulizija, Keith Palmer, li nqatel waqt l-attakk terroristiku f’Westminster ftit tal-jiem ilu issa ħareġ fil-beraħ.

Ir-ritratt ittieħed minn turista Amerikana bl-isem ta’ Staci Martin wara li ppożat mal-Pulizija 45 minuta qabel ma qala’ daqqa ta’ sikkina mill-aggressur Khalid Masood barra l-Parlament f’Londra. Aqra aktar

Ordnat li l-każ ikompli jinstema’

Qorti tal-appell Kriminali ordnat li każ ta’ attentat ta’ qtil li jmur lura għall-2007, jkompli jinstema’, wara li ġew miċħuda numru ta’ eċċezzjonijiet mitluba mill-akkużat.

Daniel Felice mill-Għarb kien akkużat li lura fl-2007 spara u pprova joqtol lill-Ingliż Sean Holmes.

Meta seħħ il-każ, il-Pulizija kienet sabet li Holmes kien qed jitlef ħafna demm minn feriti kkawżati minn tliet tiri.

Aqra aktar

Simon Busuttil jibqa’ ma jippubblikax l-invoices foloz

  • Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

F’intervista fil-konfort tal-istazzjon tiegħu u moħbi mill-mezzi tax-xandir, il-Kap tal-Oppożizzjoni tilef opportunità tad-deheb jippubblika l-invoices foloz li jiksru l-liġi u naqas milli jipprova li dawn ma kinux flus ‘maħmuġin’ kif qal.

Apparti li għażel li ma jippubblika xejn, Simon Busuttil ma weġibx lanqas jekk hemmx aktar nies li qed iħalsulu l-pagi fil-Partit Nazzjonalista.

L-unika eluf li qabeż lil kulħadd fihom il-Kap tal-Oppożizzjoni huma l-eluf li ħa f’direct orders.

MALTIN FIL-BŻONN: se jiżżewġu ta’ malajr għax il-missier qed imut

Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.

Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.

Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.

Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.

Aqra aktar

Send this to a friend