Uncategorized | One News - Part 27

Notifiki

Il-PN u ta’ Farrugia; jikkoperaw imma mhux parti mill-grupp

 

Waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista llejla, ġie deċiż li l-Grupp Parlamentari se jikkopera mad-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia fl-Oppożizzjoni. Iżda, mhux se jkunu meqjusa b’mod awtomatiku bħala parti mill-grupp parlamentari nazzjonalista anke jekk kienu eletti fil-parlament fuq il-lista l-blu.

Aqra aktar

L-Ewropa fil-mira tat-terroristi

  • Is-sitwazzjoni fl-2016 skont il-Europol

Għal sena oħra l-Unjoni Ewropea reġgħet kienet fil-mira ta’ numru ta’ attakki u theddid terroristiku minn militanti Iżlamiċi, kemm minn gruppi organizzati kif ukoll minn individwi. L-attakki fi Brussell, Nizza u Berlin li saru b’mod biex joqtlu n-nies bl-addoċċ u jweġġgħu kemm jista’ jkun, reġgħu urew il-ħsara li jistgħu jħallu l-militanti Iżlamiċi u l-effett li jridu jwasslu fuq ċittadini Ewropej. Ħsara li jipprovaw jiġġustifikawha billi b’mod selettiv jikkwotaw testi reliġjużi.

Dawn it-tip ta’ militanti, li ħafna drabi jissejħu tal-Jihad, jistgħu jkunu kemm membri tal-Istat Iżlamiku (IS) jew inkella influwenzati mir-retorika u l-ideoloġija. Rapport annwali tal-Europol dwar is-sitwazzjoni tat-terroriżmu fl-Ewropa kkonfermat kif qed ikunu użati firxa kbira ta’ armi. Tant li rajna mill-isplussiv fi Brussell għal vetturi jinstaqu fuq in-nies f’Nizza u Berlin.

Aqra aktar

Impenn biex Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-Gvern qed jimpenja ruħu biex jassigura li Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma.

“Konsum aktar baxx tal-ilma jgħinna biex nilħqu l-miri li nipproteġu r-riżorsi naturali tal-ilma kif ukoll jassigura li jkun hemm inqas spejjeż operattivi għas-setturi ekonimiċi tagħna – din hi sitwazzjoni li minnha jgawdi kulħadd,” qal il-Ministru. Aqra aktar

L-akrobazija quddiem l-uġigħ

Adreana Zammit – ġinnasta ewlenija Maltija li fil-passat sofriet minn injury serja li impedixxietha milli tkompli tipprattika dan l-isport li tant tħobb, iżda mhux milli tkompli tittrażmetti l-imħabba li għandha lejn dan l-isport, permezz tal-coaching fosthom mal-atleti li tant tgħożż tal-iSpecial Olympics.

Aqra aktar

Kollox jinsab lest għall-mass meeting ta’ fuq il-Fosos

Kollox jinsab lest għal-mass meeting t’ghada fuq il-Fossos tal-Furjana.
Il-mass meeting taċ-ċelebrazzjoni tal-ikbar rebħa elettorali fl-istorja se jibda għada għall-habta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar, biex fis-19:00 jindirizza l-eluf ta’ persuni li se jkunu preżenti biex jilqgħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Grawnd tal-futbol ġdid għaż-Żabbarin

Il-grawnd tal-futbol ta’ Ħaż-Żabbar ingħata l-ħajja dan wara li sar xogħol ta’ manutenzjoni b’investiment ta’ €5,000.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius li żar il-grawnd sabiex jara x-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin.

L-għarus reġa’ bdielu

Raġel ta’ wieħed u erbgħin li reġa’ bdielu darbtejn qabel kien se jiżewweġ ġie ordnat iħallas iżjed minn erbatax-il elf ewro f’danni lill-ġenituri ta’ dik li kellha tkun martu.

Fil-Qorti instema’ kif f’’Ġunju ta’ tliet snin ilu r-raġel u l-mara kellhom jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

Intqal li r-raġel kien sbatax-il sena iżgħar mit-tfajla u fil-passat kellu żwieġ ieħor li kien ġie ddikjarat null.

Ftit qabel kellu jiżżeweġ lill-għarus tiegħu, ir-raġel xtaq jipposponi ż-żwieġ u ta’ dan weħlu elfejn ewro spejjeż tal-kiri tas-sala.

Aqra aktar

“Tużawx wiċċna, użaw moħħna”

Kien dan il-messaġġ li ħareġ, meta riċentement il-Kunsill tat-Tfal u l-Kunsill taż-Żgħażagħ ffaċilitati mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, iddiskutew il-parteċipazzjoni tat-tfal fil-komunikazzjoni politika. Il-membri tal-Kunsill tat-Tfal u tal-Kunsill taż-Żgħażagħ komplew biex jgħidu:“Isimgħu leħinna u x’għandna xi ngħidu. Aħna t-tfal normalment niġu użati fil-kampanji elettorali mingħajr ma’ ngħidu tagħna.”

Waqt diskors qasir li għamlet waqt ċerimonja biex jiġi mfakkar il-100 Anniversarju mit-twaqqif tal-1st Cospicua Scout Group, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, appellat lill-partiti politiċi biex f’dan il-mument ta’ kampanja elettorali, t-tfal ma’ jintużawx mingħajr il-kunsens tagħhom. Hija qalet li “jekk inħarsu d-drittijiet tat-tfal bis-serjetà, il-kunsens tal-ġenituri biss mhuwiex biżżejjed.” Il-President qalet li t-tfal għandhom id-dritt, bil-konvenzjoni, li jinstemgħu u għandhom jkunu kkonsultati. 
Aqra aktar

Jilmenta li nħolqu raġunijiet fantażma

Id-difiża li qed tidher f’isem Andrew Mangion, akkużat bil-qtil tal-eks mara tiegħu Eleanor Mangion Walker f’Lulju li għadda, oġġezzjonat għall-fatt li l-klijent ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

L-avukat argumenta li l-akkużat ilu għaxar xhur arrestat u għaldaqstant m’hemm l-ebda riskju li jkun hemm tbagħbis ta’ provi. Mangion għadu qed jinżamm f’kustodja preventiva wara li f’Lulju li għadda kien akkużat b’omiċidju, li ħeba l-katavru tal-eks mara tiegħu u li nstab b’pussess personali ta’ kannabis.

Aqra aktar

Send this to a friend