Uncategorized | One News - Part 26

Notifiki

Maqbuda 19,000 sigarett tal-kuntrabandu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Wara qabda ta’ 7,400 sigarett tal-kuntrabandu l-Ġimgħa u kif ukoll 4,540 ieħor tul tmiem il-ġimgħa, illum, għall-ħabta tas-2:00 ta’ filgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-Uffiċjali tad-Dwana waqqfu passiġġier ta’ nazzjonalità Russa waqt li kienu qed jiskenjaw il-bagalja. Dan hekk kif fil-bagalja sabulu madwar 19,000 sigarett tal-kuntrabandu.

Il-passiġġier kien għadu kif wasal minn Riga, Latvia.

Aqra aktar

Enemalta u Enemed jagħtu apparat speċjalizzat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Bħala parti minn kollaborazzjoni kontinwa, Enemalta plc u Enemed Co. Ltd ippreżentaw apparat speċjalizzat għall-ħidma ta’ salvataġġ u tifi tan-nirien f’postijiet b’ħafna għeluq.

Iż-żewġ kumpaniji għadhom kif xtraw tagħmir tan-nifs, magħruf bħala long duration breathing apparatus, li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jista’ juża waqt emerġenzi ta’ salvataġġ jew tifi tan-nar f’mini taħt l-art jew postijiet oħra ristretti. Dan l-apparat jippermetti lill-ħaddiema tad-Dipartiment li jidħlu b’mod sikur fi spazji bħal dawn waqt nirien jew dħaħen u jibqgħu hemm għal ħinijiet itwal sabiex jgħinu l-persuni maqbuda fihom jew biex jitfu n-nar. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ €60,000 Enemalta u Enemed ħallsu wkoll korsijiet intensivi fl-Italja għal erba’ ħaddiema tad-Dipartiment sabiex jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jużaw l-apparat ġdid. Dawn il-ħaddiema qed jgħaddu din l-esperjenza lill-kollegi oħra li jistgħu jiġu bżonn dan it-tagħmir.

Aqra aktar

1,100km sabiex jiġbru fondi għar-riċerka u l-kura tal-kanċer

Tkellimna ma’ Patrick Camilleri li għall-ewwel darba għamel l-isfida tar-Remax Alive 2017 Cycling Challenge. Għalkemm mhux l-ewwel darba li għamel avventura bir-roti, għalih din hija l-ewwel darba bir-road bike. Id-diffikultajiet waqt l-avventura ma naqsux, iċ-ċiklisti kienu motivati għall-aħħar.

Il-grupp beda l-perkors tiegħu minn Copenhagen fid-Danimarka, kompla lejn Berlin fil-Ġermanija fi triqtu lejn Warsaw fil-Polonja. B’hekk se jkunu qed ikopru d-distanza ta’ 1,100km f’ġimgħa jiġifieri madwar 165km kuljum.

Aqra aktar

“Qalbna maqsuma… ma nafux x’se jġib miegħu l-futur” – Linkin Park

Kienet aħbar xokkanti għal bosta segwaċi tal-grupp mużikali Linkin Park, meta l-aħbar dwar il-mewt tal-kantant Chester Bennington iddominat il-midja u l-pjattaformi tal-midja soċjali.

Kienu bosta artisti u kif ukoll segwaċi li espremew id-dieqa, id-dispjaċir u d-dwejjaq li kellhom għat-telfa ta’ Chester. Wara eluf u eluf ta’ messaġġi, kien imiss il-membri tal-grupp mużikali Linkin Park li jsemmgħu leħinhom dwar it-telfa tal-ħabib u membru tal-grupp, Chester.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar b’sit elettroniku ġdid

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tippjana li nofs il-ħaddiema minn tliet mija tmienja u erbgħin impjegat tagħha, jibdew jaħdmu minn djarhom.

Pass li jista’ jsir hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar nediet sit elettroniku ġdid, li fost l-oħrajn jagħti faċilità lill-ħaddiema jaħdmu minn fuq is-sit fil-kumdità ta’ djarhom.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li sa issa diġà hemm għoxrin impjegat li qed jaħdmu bl-iskema tat-teleworking . Filwaqt li ssaħħaħ l-impenn tal-awtorità li tkun aktar flessibli mal-impjegati tagħha.

Aqra aktar

Il-Benchmark ta’ tmiem l-Edukazzjoni Primarja 2017

Il-Benchmark din is-sena sar fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju, fi 62 skola Primarja tal-Istat, 21 skola Primarja tal-Knisja u 6 skejjel Primarji Indipendenti. Kien hemm 1,852 tifel (52%) u 1,719 tifla (48%), b’total ta’ 3571 student u studenta li daħlu għal din l-esperjenza. Dan in-numru jirrappreżenta aktar minn 90% tal-istudenti kollha li setgħu jagħmlu l-Benchmark. L-assessjar sar fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika.
Aqra aktar

Itajjar anzjana u jaħrab minn fuq il-post fil-Gżira

Anzjana sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura mhix magħrufa fil-Gżira.

Dalgħodu, għall-ħabta tal-3:50 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara sfat milquta minn vettura mhux magħrufa waqt li kienet qed timxi fl-imsemmija akkwati. Il-vettura li laqtet lill-vittma, għal xi raġuni, telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Aqra aktar

Jiddefendi d-deċiżjoni li ma jagħtix vot ħieles

Il-Kap tal-Oppożizzjoni  Simon Busuttil uża intervista fuq Radio 101 il-Ħadd filgħodu biex ddefenda l-pożizzjoni tiegħu li ma jagħtix vot ħieles dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali.

Propju fil-jum fejn kienu diversi d-deputati nazzjonalisti li rrikorrew għal midja indipendenti biex jesprimu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali Simon Busutil ikkonferma d-diżgwid intern fil-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Imniedi l-programm ġdid Artivisti għall-Artisti Żgħażagħ

Il-Kunsill Malti għall-Arti u Agenzija Żgħażagħ flimkien mal-89.7 Bay niedew programm ġdid bl-isem Artivisti sabiex jgħin fl-iżvillup tal-artisti żgħar. Dan il-programm se jidentifika l-aħjar talent żgħażugħ fis-settur tal-arti  filwaqt li se joffri t-taħriġ neċċessarju, direzzjoni u networking sabiex iż-żgħażagħ jiżvilluppaw il-potenzjal kreattiv tagħhom.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici tenna li “dan il-programm jibni fuq il-kisbiet tas-snin li għaddew u se jservi sabiex ikattar l-aqwa talent u b’hekk inkomplu nilħqu l-ogħla kwalitá fis-settur.” Il-Ministru Bonnici spjega kif il-missjoni tal-Gvern hi li nħeġġu liż-żgħażagħ ikomplu l-karriera tagħhom fis-settur kulturali, ikattru t-talenti tagħhom filwaqt li ntejjbu l-prodott kulturali u artistiku finali.

Aqra aktar

L-Air Malta tirreaġixxi għal azzjoni irresponsabbli

Il-kumpanija Air Malta ġiet avżata mill-Assoċjazzjoni tal-Airline Operations Controller (AAOC), li tirrapreżenta mat-12-il ħaddiem, li se tmur immedjatament għal azzjonijiet industrijali kontra l-kumpanija. Dan sostnietu l-kumpanija permezz ta’ stqarrija.

Dawn l-azzjonijiet qed isiru minħabba li l-AAOC mhix preżentement rikonoxxuta bħala unjin li esklussivament tirrapreżenta din il-parti żgħira mill-ħaddiema tal-kumpanija. Il-bieraħ wara nofsinhar, saret laqgħa bejn l-AAOC, il-Ministeru tatTuriżmu u l-Air Malta, fejn il-partijiet iddiskutew il-kwistjoni. Ilkumpanija tqis li ġaladarba hemm unjin oħra li qed issostni li tgawdi rrikonoxximent tal-workforce kollu, l-kwistjoni trid tkun deċiża mitTribunal Industrijali. Madankollu, l-AAOC qed tippretendi rikonoxximent immedjat.

Aqra aktar

Send this to a friend