Uncategorized | One News - Part 25

Notifiki

Li kien għal Delia, id-diskors ta’ Muscat seta’ ma sarx

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista qalet li id-diskors tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħquda llum kien wieħed b’saħħtu u importanti. Ħasra li għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, Malta ma kelliex tkun preżenti f’din l-okkażjoni. Dan wara li fl-aħħar jiem kritika l-preżenza tal-Prim Ministru fl-Istati Uniti minħabba l-ġimgħa li nzertat ħabtet mal-festi tal-Indipendenza.

L-istqarrija kompliet tgħid li suppost Delia jaf li hija l-organizazzjoni internazzjonali li tiskeda d-dati tal-assemblea li tlaqqa’ l-mexxejja minn madwar id-dinja kollha.

Huwa fl-interess ta’ Malta, li bħala stat indipendenti, tieħu sehem u twassal il-viżjoni tagħha, temmet tghid din l-istqarrija.

WiFi4EU: Skema ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-aċċess tal-internet b’xejn

Daqt tidħol fis-seħħ skema ta’ aċċess għall-punti ta’ WIFI mingħajr ħlas madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-UE se tkun qed tiffinanzja WIFI b’xejn fi spazji li huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali bħall-libreriji, binjiet pubbliċi u sptarijiet.

 

Carlos Zorrinho, rapporteur għal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qal li l-inizjattiva WIFI4EU hija frott ta’ viżjoni politika b’saħħitha li daqt se tkun qed realtà  madwar l-Unjoni Ewropea. Se tkun qed tassigura wkoll li, rrispettivament fejn jgħix jew kemm jaqla’ paga, kull ċittadin Ewropew jibbenefika minn konnettività tal-WIFI ta’ kwalità għolja.

Imħabbra żewġ skemi għall-intrapriżi żgħar u medji

  • In-negozji żgħar u medji prijorità għall-Gvern
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia nieda żewġ skemi taħt l-iStart-up Investment Grant Scheme u l-SME Growth Grant Scheme – għajnuna finanzjarja f’forma ta’ grants diretti lill-intrapriżi biex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom b’investiment produttiv u biex ikomplu jkabbru l-intrapriżi tagħhom.

Aqra aktar

Bjorn iħabbar li ntlaħaq ftehim u se jiftaħ id-dar fi żmien xahar

Bjorn Formosa, li fl-aħħar sentejn u nofs qajjem kuxjenza kbira dwar il-marda kiefra tal-ALS, illejla ħabbar li ntlaħaq ftehim dwar is-servizzi li se jingħataw persuni li ntlaqtu minn din marda.

Fuq Facebook, Bjorn qal li jinsab eċċitat ħafna li ntlaħaq dan il-ftehim. Saħansitra qal li fi ċmien xahar se jkunu qegħdin jiftħu d-dar għall-persuni li jbatu bl-ALS.

Huwa ħeġġeġ lill-pazjenti lil jbatu bl-ALS, bl-MS u mard ieħor newroloġiku biex jagħmlu kuntatt mal-assoċjazzjoni u żied jgħid li din hija opportunità għalihom biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

VJAĠĠ GĦALXEJN: Neża’ għarwien ħuta u tilef il-logħba

Partitarju tat-tim nazzjonali Ingliż, li ġie Malta biex isegwi l-logħba Malta kontra l-Ingilterra, spiċċa ma ra xejn mil-logħba għax iddeċieda li jħalli lil min jara l-parti intima tiegħu. Ilbieraħ għal ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofisnhar Charlie Ben Overton ħareġ għarwien fil-gallarija tal-lukanda fejn kien qed jgħix f’San Ġiljan. Dan wassal biex spiċċa arrestat u minflok appoġġja lill-plejers ta’ pajjiżu għadda l-ħin l-għassa jistenna li dalgħodu jitressaq il-qorti  kif fil-fatt seħħ.  Il-Qorti ħelsitu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.

Tinħass theżżiża f’Malta

Għall-ħabta tas-7.30 tal-Ġimgħa filgħaxija f’diversi lokalitajiet inħasset theżżiża li seħħet f’qiegħ il-baħar fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Residenti minn għadd ta’ lokalitajiet li tkellmu ma’ one.com.mt, fosthom miż-Żejtun u minn Marsaxlokk qalulna li t-theżiżża kienet pjuttost qawwija. Sit li jirreġistra it-terremoti juru li t-terremot kellu qawwu ta’ 4.2 fuq l-iskala Richter.

Jitqassmu 300 parrokka lill-pazjenti fil-bżonn

Mijiet ta’ persuni li fl-aħħar snin tilfu xagħarhom minħabba xi marda, qegħdin jingħataw parrokka magħmula minn xagħar tal-Maltin u l-Għawdxin, stess, li ngħataw bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.

Ma’ ONE NEWS, Matilde Balzan, il-Koordinatriċi ta’ dan il-proġett qalet li fl-aħħar sentejn kompla jiżdied l-ammont ta’ persuni li għandhom bżonn parrokka.

Aqra aktar

Send this to a friend