Uncategorized | One News - Part 24

Notifiki

L-ewwel żjara ta’ għasfur kbir iswed f’Malta

Għasfur kbir iswed u b’munqar kbir magħruf bħala Velleran intlemaħ għall-ewwel darba f’Malta l-Ħadd waranofsinhar f’Ta’ Qali.

Skont records miżmuma mill-ornitoloġista Natalino Fenech, din kienet l-ewwel wasla f’Malta ta’ dan l-ispeċi li huwa fil-periklu li ma jibqax jeżisti. Il-Velleran li tar lejn Malta huwa wieħed minn ħmistax fi programm ta’ ri-introduzzjoni li sar fit-Tramuntana tal-Italja.

Fi stqarrija, Kaċċaturi San Umbertu qalu li kienu bosta li osservaw dan l-għasfur f’pajjiżna fosthom, il-fotografu Mark Zammit Cordina li rnexxielu jiġbed ritratt tiegħu. Huma appellaw lill-pubbliku biex iżomm għajnejh miftuħa fuq dan l-għasfur li niżel f’Ta’ Qali fejn għadu mgħasses minn bosta persuni u pulizija tal-ALE.

L-għasfur diġà vvjaġġa ’l fuq minn 1,500 kilometru mit-Tramuntana tal-Italja bl-għaqda tal-kaċċaturi titlob lill-pubbliku josserva l-għasfur minn distanza xierqa mingħajr ma jiġi ddisturbat, ħalli jkompli bit-triq tiegħu lejn in-Nofsinhar.

Commodini Cachia tattakka l-mozzjoni ta’ Adrian Delia

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Therese Commodini Cachia qed tattakka b’mod voċiferu l-mozzjoni li ressaq fil-Parlament il-Partit Nazzjonalista, biex tbiddel avviż legali li ta’ mitt siegħa leave għal kull min jieħu t-trattament tal-IVF.

Dritt li ngħata inkluż lil nisa li dan it-trattament ikunu għamluh barra minn pajjiżna għax il-liġi kif inhi pajjiżna ma tippermetihix.Aqra aktar

Negozju Ġdid b’Saħħtu, Għodda għas-Suċċess fil-Ġimgħa tal-SMEs f’Malta

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta flimkien mal-Bank of Valletta p.l.c. organizzaw l-avveniment ‘Negozju Ġdid b’Saħħtu, Għodda għas-Suċċess’, bħala parti mill-Ġimgħa tal-SMEs f’Malta għall-2017 nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ottubru. L-avveniment b’attendenza tajba, kien immirat biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jaqbdu r-rotta ta’ negozju ġdid u jsiru imprendituri.Aqra aktar

Tifla l-isptar wara li ttajret f’Birkirkara

Tifla sfat milquta minn karozza tal-linja għall-ħabta tas-6:30 filgħaxija ġewwa Triq l-Imdina f’Birkirkara.
B’informazzjoni miksuba s’issa it-tifla ingħatat l-ewwel assistenza fuq l-post sakemm waslet l-ambulanza. Hija ittieħdet l-isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura.

Minn informazzjoni li għandu one.com.mt jidher li t-tifla sofriet ġrieħi ħfief.

HSBC Malta b’servizz ġdid għan-negozji ż-żgħar

Il-Bank HSBC Malta nieda servizz ġdid maħsub għan-negozji ż-żgħar, fejn il-bank qed jipprovdi servizzi bankarji tal-komunità permezz tan-netwerk ta’ fergħat tiegħu f’għadd ta’ lokalitajiet madwar Malta, flimkien soluzzjonijiet diġitali.

Is-servizz, bl-isem ta’ HSBC Fusion, jgħaqqad s-servizzi bankarji tan-negozju u dawk personali f’soluzzjoni waħda u sempliċi, biex b’hekk ikun aktar faċli għas-sidien tan-negozji jimmaniġġjaw il-ħtiġijiet finanzjarji kollha tagħhom.
Aqra aktar

Illiberat wara li nkisirlu dritt fundamentali

Il-Qorti lliberat lil John Camilleri minn akkużi ta’ kompliċità f’każ ta’ importazzjoni tad-droga; wara li kkunsidrat li minkejja li kienet tinsab moralment konvinta li l-akkużat kien involut fil-pjan kollu, inkisirlu wieħed mid-drittijiet fundamentali tiegħu; u kien hemm nuqqas ta’ provi.Aqra aktar

Send this to a friend