Uncategorized | One News - Part 2

Notifiki

Malta se tospita summit bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE nhar il-Ġimgħa

Il-Mexxejja ta’ Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja se jkunu Malta nhar il-Ġimgħa li ġej għal summit bejn il-Pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa li se jmexxi l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-EUMed7 welldu alleanza bejniethom f’Diċembru tal-2013 biex ikunu indirizzati temi komuni fir-reġjun tal-Mediterran.

L-ewwel summit tal-EUMed7 iltaqa’ f’Settembru tal-2016 f’Ateni, fejn il-mexxejja ddiskutew azzjoni kkordinata dwar il-kwistjoni tat-tkabbir ekonomiku u tas-sigurtà reġjonali.  Summits oħrajn saru f’Liżbona, Madrid u Ruma, bl-aħħar summit jiltaqa’ f’Nicosia aktar kmieni din is-sena, fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-qafas finanzjarju ta’ dan ir-reġjun.Aqra aktar

Il-President Vella jgħid li l-qtil riċenti tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju huwa “tebgħa fuq il-kuxjenza tal-Maltin”

Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-Kummissjoni Emigranti, bi żjara f’Dar l-Emigrant fil-Belt u s-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan, li joffru diversi servizzi b’xejn lill-immigranti li jiġu Malta jfittxu ħajja aħjar minn art twelidhom minħabba gwerra jew faqar.

Aqra aktar

Ħamest elef delegat jinsabu Malta għal summit dwar il-blockchain

Ħamest elef delegat minn madwar id-dinja jinsabu f’Malta għal summit mifrux fuq jumejn b’rabta mas-settur tal-blockchain.

Eman Pulis l-organizzatur ta’ dan is-summit stqarr li l-Gvern se jgħaddi r-raba’ liġi b’rabta mal-blockchain. F-istess waqt qal li bdew id-diskussjonijiet dwar l-intelliġenza artifiċjali.

“Permezz ta’ din il-fiera ġibna eluf ta’ mħuħ fl-artificial intelligence biex jikkonusltaw mal-Gvern kif għandhom jitwaqqfu dawn is-set ta’ inċentivi, dik hija miżura numru wieħed. Miżura numru tnejn, li l-Gvern qiegħed jaħdem fuqha, hija r-raba’ liġi għall-blockchain. Għandna ħafna mħuħ kbar fuq il-blockchain illi ġew hawnhekk biex jiddiskutu mal-Gvern kif din għandha titwaqqaf”

Dan is-summit ta lok għall-aktar innovazzjoni bil-kumpanija Shivom li tispeċjalizza fil-qasam tat-tekonoloġija fil-kura ta-saħħa tiddeċiedi li tħabbar prodott ġdid dwar kif persuna tista’ tagħmel tagħha l-informazzjoni dwarha inkluż dik ta’ saħħitha.

“We are a healthcare technology company focused on building a global genomics about data hub – and really the next generation in health information exchange powered by blockchain technology and artificial intelligence and so in a nutshell what our platform in technology is able to do is really to employer ppl to own their data its so important we believe so strongly in that.”

Qal li b’dan il-mod persuna tista’ tiddetermina min jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni dwaru fosthom dik marbuta ma’ saħħtu.

“And by owning that data that means you gonna determine who has access to your information and if your data is gonna be used with your permission you also get to monetize on that data.”

Ines ħabbar ukoll li l-kumpanija Shivom se tikkolabora ma’ Lympo, app li tgħin persuni jagħmlu eżerċizzji fiziċi, u li permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, persun li jagħmlu użu minnha, jiksbu tokens ta’ cryptocurencies li jistgħu jużawhom f’servizzi mingħand Shivom.

“Since we are here in Malta, it is so exciting, also want to announce that Shivom is also going to be partnering with a health lifestyle eco system app, Lympo.”

Tkellimna wkoll ma’ Yelena Kensborn, il-Kap eżekuttiv ta’ kumpanija li żvilluppat teknoloġija li biha tgħin bdiewa żgħar li jipproduċu prodotti organiċi biex jilħqu  aktar konusmaturi li jippreferu prodotti ġenwini. Stqarret li l-blockchain ma tgħinx biss intrapriżi jikbru, imma wkoll tati  kwalità ta’ ħajja aħjar lill-bnedmin.

“We want to use blockchain in ways that really help people to do what they want to do in their daily lives”

 

Suldati jsalvaw żewġt iklieb u jgħaqqduhom ma’ sidhom

Fuq post li ttella’ fuq Facebook minn attivistà tal-annimali juri kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li ġew salvati minn suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa.

Hija saħqet kif wieħed jagħmel żball meta jiġġeneralizza.

Kienu ħafna li faħħru dan l-intervent minn dawn is-suldati.

Send this to a friend