Uncategorized | One News - Part 12

Notifiki

Jitnieda fond ta’ €300,000 għal boroż ta’ studju fl-oqsma tad-DLT u l-Blockchain

Il-Gvern alloka €300,000 f’boroż ta’ studju biex jinvesti fi studenti li jixtiequ jispeċjalizzaw fl-oqsma tal-Blockchain u d-DLT fl-Università ta’ Malta.

Il-boroż ta’ studju tfasslu b’ħidma konġunta bejn il-aġenizja tal-informatika tal-Gvern u l-Università, se jingħataw f’livell ta’ Masters u Dottorat għal dawk li diġà għandom degree f’għadd ta’ suġġetti bħal-liġi, il-finanzi u n-negozju. Aqra aktar

Rinovata l-Berġa ta’ Ħaż-Zebbuġ

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu inawgura l-Berġa tal-Gvern fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ li għadha kemm saritilha rinovazzjoni estensiva, inkluża l-għamara, u li minnha se jkunu qegħdin jingħataw servizzi aktar milli kienu qegħdin jingħataw s’issa.

Mill-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħalissa jingħata servizz mediku minn tabib u infermiera tliet darbiet fil-ġimgħa lil medja ta’ 270 persuna kull xahar filwaqt li jingħata servizz ta’ Pataloġija tal-Lingwa Mitkellma (Speech and Language Pathology)  mit-Tnejn sal-Ġimgħa  lil madwar 100 pazjent kull xahar.

Fil-ġimgħat li ġejjin ma’ dawn is-servizzi se jiżdiedu wkoll servizz ta’ nutritionist, dietician u lifestyle. Dawn it-tliet servizzi ġodda huma essenzjali primarjament bħala prevenzjoni kontra l-mard bħalma huwa dak tad-dijabete u pressjoni.Aqra aktar

Jibdew l-aħħar fażijiet tal-proġett tal-Marsa-Ħamrun Bypass

Infrastructure Malta bdiet l-aħħar fażijiet tal-proġett ta’ €5 miljun biex jitwessa’ l-Marsa-Ħamrun Bypass it-Tnejn filgħodu, hekk kif jinfetħu żewġ korsiji ġodda waqt li temporanjament jingħalqu dawk eżistenti sabiex jinbnew mill-ġdid.

Iż-żewġ korsiji tal-karreġġjata fid-direzzjoni tan-Nofsinhar ta’ din it-triq, mill-Imrieħel lejn il-Marsa, ser jiġu spustjati b’mod temporanju għaż-żewġ korsiji li għadhom kif inbnew. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta ser jibdew jibnu mill-ġdid il-korsiji ta’ din il-karreġġjata hekk kif tingħalaq.

It-triq ser tibqa’ miftuħa għall-ivvjaġġar fiż-żewġ direzzjonijiet, iżda dawk li jgħaddu minnha għandhom isegwu d-direzzjonijiet temporanji, fosthom limiti ta’ veloċità mnaqqsa, li qed jiġu murija b’tabelli mal-ġnub tat-triq. Xogħolijiet li ma jistgħux isiru b’sigurezza mingħajr ma tingħalaq it-triq, fosthom it-tqegħid tal-aħħar saffi ta’ asfalt f’wiċċ it-triq, ser isiru bil-lejl biex jonqsu d-diffikultajiet għall-pubbliku.Aqra aktar

Madonna tagħlaq 60 sena

Ir-reġina tal-mużika pop illum tagħlaq 60 sena. Madonna, imwielda Madonna Louise Veronica Ciccone, hija l-ikbar artista femminili fid-dinja skont il-Guinness World Records. Hija biegħhet iktar minn 300,000,000 album madwar id-dinja, u organizzat madwar 10 tours globali biex tippromwovi l-mużika tagħha. Aqra aktar

Soluzzjoni temporanja fuq l-armar tal-festa li mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara

Il-Kumitat Festa Sant’ Elena sab soluzzjoni temporanja wara li armar tal-festa mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara.

Dan wara li iktar kmieni dalgħodu bosta kienu urtati bil-fatt li nies b’diżabbiltá ma setgħux jaċċessaw ATM minħabba li r-rampa quddiema kienet imblukkata b’armar tal-festa.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iktar kmieni illum esprimiet d-diżappunt għall-fat li dan l-armar imblokka l-aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. 

Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM.

Sentejn priġunerija wara li serqet ġojjelerija b’valur ta’ €5,000 minħabba tal-vizzju tad-droga

Mara ta’ 41 sena minn Ħal Luqa ngħatat sentejn priġunerija wara li tressqet il-Qorti akkużata li serqet ġojjellerija li tammonta għal ħamest elef ewro, minn żewġt iħwienet differenti.

Il-Qorti rat li mill-fedina penali jidher li l-imputata, Alexia Margo Calleja, mhux l-ewwel darba li ngħatat ċans biex tibdel it-triq li qabdet. L-Avukat Difensur qal li l-imputata għandha bżonn l-għajnuna.

Il-Qorti spjega kif l-imputata trid tifhem li trid tgħin ruħha biex Alla jgħinha u ma tistax tippretendi li l-Qorti tagħlaq għajnejha għal dan il-fatt. Spjegat li jekk trid l-għajnuna trid tkun hi l-ewwel waħda li xxammar il-kmiem u tmidd idejha għax-xogħol iebes tar-rijabilitazzjoni. Aqra aktar

Il-ftira u l-għana għal għand il-UNESCO

Il-Ftira Maltija flimkien mal-ingredjenti tipiċi u friski tal-bidwi u r-raħħal Malti se tkun fost it-tradizzjonijiet Maltin li bord appuntat apposta se jrressaq għall-approvazzjoni tal-UNESCO biex jitniżżlu bħala wirt kulturali intanġibbli.

Dan minħabba l-mod kif issir u l-mod kif titħawwar, u anke għal fatt li hi parti mill-ikel tradizzjonali Malti li t-turist ifittex meta jżur pajjiżna.

Flimkien mal-ftira Maltija ser tkun l-Għana Maltija li dan il-Bord approva sabiex issir is-sottomissjoni tagħha quddiem il-UNESCO, kif jgħid id-direttur tal-Kultura Mario Azzopardi.

Aqra aktar

Send this to a friend