Uncategorized | One News - Part 11

Notifiki

L-Aquarius f’xifer li jispiċċa vapur mingħajr reġistrazzjoni

L-Awtorita Marittima tal-Panama bdiet il-proċess sabiex tirrevoka r-reġistrazzjoni tal-bastiment Aquarius minn fuq ir-reġistru tagħha. L-Awtorita Panamjana spjegat li hija bdiet dan il-proċess wara rapporti minn ġurisdizzjonijiet internazzjonali fejn qalu li l-vapur qed jikser il-liġijiet marittimi fejn jidħol salvataġġ fuq il-baħar. Fi stqarrija qalet li l-Italja ressqet rikors formali fil-Panama fejn qalet li l-vapur irrifjuta li jirritorna lill-immigranti lura fil-pajjiż li salpaw minnu.

Aqra aktar

Is-Simblija terġa’ lura għat-tgawdija tal-pubbliku

Għal diversi snin kull min kien jipprova jżur il-kumpless medjevali tas-Simblija kien isib ostaklu sabiex effettivament iżur s-sit. Żviluppaw diversi inċidenti, b’uħud saħansittra jeskalaw fil-Qrati ta’ Malta, b’allegazzjonijiet ripetuti li l-art hija propjetà privata ta’ ċertu bidwi.

Aqra aktar

“Il-futur tal-Ewropa jinsab f’Ewropa magħquda” – il-President Coleiro Preca

Waqt li kienet qed tindirizza t-tieni sessjoni tal-14-il laqgħa tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea tal-Grupp Arrraiolos, intitolata ‘The Future of Europe’, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li “għandna bżonn Ewropa li tkun proattiva; li tirrelata mal-isfidi li ċ-ċittadini tagħha jkollhom ta’ kuljum; li tifhem l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini; li tilħaq minn tarf sa tarf; Ewropa mingħajr fruntieri u ħitan, li tkun pont bejn pajjiż u ieħor; Ewropa magħquda li tkun minn ta’ quddiem fid-dinja, li mhux biss turi t-tħassib tagħha, iżda taġixxi fuq dak kollu li qed jiġri fi ħdanha u madwarha.” 

Il-President Coleiro Preca stqarret li l-faqar għadu ta’ tħassib kbir, hekk kif aktar minn 100 miljun persuna fl-Ewropa tgħix fil-faqar. Għadhom jeżistu differenzi kbar bejn is-sessi fejn, per eżempju, in-nisa fit-tmexxija “kemm dik politika, u dik ekonomika, għadhom lura b’mod drastiku.” Hija qalet li d-differenza fil-pagi tan-nisa u l-irġiel ta’ 16.2%, hija wkoll riflessjoni ta’ inugwaljanza tal-ġeneru.Aqra aktar

B’ekonomija b’saħħitha nistgħu nwettqu miżuri bħat-trasport b’xejn għall-istudenti kollha- JM

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, spjega kif il-miżura li se tagħti trasport b’xejn ghat-tfal tal-iskejjel kollha u li kienet wegħda ewlenija tal-gvern is-sena li għaddiet, “qegħdin inwettquha f’ħin relattivament qasir mingħajr desruption għas-sistema.”

F’kollegament fuq ONE radio, il-Prim Ministru saħaq kif din l-iskema se tkun qed “tolqot minn tal-anqas 2 sferi – il-ġenituri li għandhom lil uliedhom imorru fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti u dan ifisser li għal kull student, il-familja ħa tkun qed tiffranka mas-700 ewro fis-sena u impatt pożittiv fuq it-traffiku.”

Muscat spjega kif “fuq studju illi sar, irriżulta li jista jkun hemm tal-anqas 6,300 karozza anqas kuljum fit-toroq tagħna. L-idea hija li fuq medda ta’ xhur, barra li żżid il-flus fil-but, inti jkollok sitwazzjoni fejn aktar nies li sal-lum ‘il ġurnata kienu qegħdin iwasslu lil uliedhom bil-karozza tagħhom, issa jibdew, speċjalment filgħodu, jużaw dan it-trasport.”Aqra aktar

Aġġornat: Tazza ta’ tama minn mara li riedet ittemm ħajjitha

Minn vittma ta’ stupru, għal mara b’saħħitha u ta’ ispirazzjoni li rebħet il-ġlieda kontra r-riperkussjonijiet li ħalla fuqha l-imrar tal-ħajja. B’entużjażmu lejn il-ġejjini, tinsab għaddejja bl-aħħar tħejjijiet biex tiftaħ kafetterija li għandha sservi ta’ spazju miftuħ u sikur għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali.

Din hija l-istorja ta’ Ileana Brown – mara b’dixxendenza Maltija ta’ sebgħa u għoxrin sena li ilha tgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għaxar xhur.

F’interivsta ma’ ONE News, marret lura għal meta kellha tlettax-il sena; meta ġiet stuprata mill-maħbub li kellha.

I froze and I felt like I couldn’t speak. I couldn’t fight back, my body just froze and that’s something that was horrible because inside I was screaming but outside I couldn’t physically move.

Aqra aktar

Send this to a friend