Uncategorized – One News

Notifiki

Il-Gvern qed ifassal liġi biex persuni b’diżabilità intellettwali jkollhom l-għajnuna biex jieħdu deċiżjonijiet

Il-Gvern qed ifassal liġi ġdida biex persuni b’diżabilità intellettwali jiġu mgħejjuna jieħdu deċiżjonijiet.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-drittijiet tal-persuni b’diżabilità Anthony Agius Decelis propju fil-jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità.

F’konferenza bit-tema ‘Il-Ħelsien għall-Għażla’ organizzata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li l-liġi ġdida mistennija jkollha struttura biex il-persuni b’diżabilità tassew ikollhom id-dritt li jiddeċiedu huma u mhux li xi ħaddieħor jiddeċiedi f’isimhom.Aqra aktar

Send this to a friend