Sport | One News - Part 7

Notifiki

Ikompli l-kampjonat tal-futsal, iżda mingħajr Valletta kontra Luxol

Matul din il-ġimgħa tkompla l-kampjonat tal-futsal lokali fejn it-Tnejn kien hemm żewġ logħbiet bis-sehem ta’ Valletta u Luxol.

Valletta għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 8-3. Għal Valletta kellna doppjetta ta’ Camilo Andres Vanegas Gomes u gowl kull wieħed għal Jovica Milijic, Shawn Vella, Denis Di Maio, Mohamed Lamari u Clint Farrugia. Il-gowls ta’ Swieqi United waslu mingħand Leonardo De Souza, Stefan Camilleri u Leo Muscat.Aqra aktar

Sitt rebħiet għal Rodney Gatt fi tmiem il-Ġimgħa

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Korsa tal-Marsa saru total ta’ 16 il-tiġrija tat-trott li nofshom kienu kwalifikattivi mill-Kampjonat Assikura riservat għall-Klassi Bronze. Is-sewwieq Rodney Gatt reġa’ kien protagonist meta rebaħ total ta’ 6 tiġrijiet fosthom it-tiġrija ta’ l-ogħla klassi tal-Ħadd hekk kif iż-żiemel Up And Go irreġistra t-tieni rebħa tiegħu minn daqstant tiġrijiet f’Malta. Huwa rnexxielu wkoll jirbaħ 4 heats mill-Kampjonat Assikura għall-Klassi Bronze biż-żwiemel Ugolin du Rib, Dollydoo Laday, Runway u Dehande kif ukoll tiġrija għall-Klassi Copper b’Magic Melon.

Aqra aktar

Reid u Brown ser iħallu lil St. Andrews FC

Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook il-president ta’ St. Andrews Craig Buttler ikkonferma li Kemar Reid u Amoy Brown ser ikunu qed iħallu lit-tim ta’ St. Andrews sabiex jingħaqdu mat-tim ta’ Austria Lustenau fit-tieni diviżjoni tal-kampjonat Awstrijak.

Aqra aktar

Send this to a friend