Sport – Page 6 – One News

Notifiki

Bonett jitkellem dwar pjan fit-tul li jpoġġi l-klabbs fuq nett  

“Se nkun qed naqsam magħkom proposti u pjan fit-tul sabiex jinbidel dak li huwa neċessarju u l-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett.” Hekk iddikjara l-avukat Chris Bonett meta tkellem dwar il-kandidatura tiegħu għall-President tal-Malta Football Association permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq facebook.

Wara xhur ta’ konsultazzjoni ma’ dawk involuti fid-dinja tal-futbol Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jispjega l-proposti għall-futur tal-football Malti.Aqra aktar

Euro 2020- Telfa ta’ 4 – 0 għat-Tim Nazzjonali Malti

Logħba diffiċli għat-tim nazzjonali Malti meta f’konfront ieħor ta’ kwalifika tal-Euro 2020, Malta tilfet 4 – 0 kontra r-Rumanija fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

George Puscas witta t-triq għal rebħa komda meta skorja wara biss seba’ minuti u rdoppja fid-29 minuta. Ħames minuti wara Alexander Chipciu għamel skorja 3 – 0 liema skor baqa ma nbiddilx sat-tmiem l-ewwel taqsima. Fil-81 minuta Chipciu tkeċċa.

Lejn it-tmiem, r-Rumeni skurjaw r-raba u l-aħħar goal permezz ta’ Dennis Man. It-tim Malti prattikament ma’ kellu ebda reazzjoni għal qawwa tar-Rumanija li minkejja f’sħana qawwija irnexxilhom jieħdu dak li riedu mill-konfront.

Navaj Brodda tirbaħ it-tazza tas-Sette Giugno

Il-Ġimgħa waranofsinhar l-aktar tiġrija mistennija kienet il-finali tat-Tazza Sette Giugno sponsorjata għal darb’oħra miċ-Chukkas Restaurant li jinsab fuq il-korsa stess.

Riservata għall-klassi Premier kienu għaxart iżwiemel li pparteċipaw wara li żiemel li kkwalifika għall-finali iddeċieda li ma jiħux sehem filwaqt li żiemel ieħor kien skraċċjat.
Aqra aktar

Tim Malti Champions Ewropej tal-isnooker

It-tim Malti tal-isnooker kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina, rebħu il-kampjonat Ewropew tat-timijiet , kategorija tal-irġiel li saru matul il-ġimgħa li għaddiet fis-Serbja. Fil-finali huma għelbu lit-tim Pollakk 1 , bil-punteġġ ta’ 4 frames kontra 2.

Aqra aktar

Suċċess għaċ-ċiklisti Maltin fil-Giro d’Italia Amatori

Suċċess għaċ-ċiklisti Maltin fit-8 edizzjoni tal-Giro d’Italia Amatori meta dan l-aħħar it-tim nazzjonali Malti f’Perugia ħa sehem fi tliet tiġrijiet fejn kisbu riżultati ferm tajbin. It-tim li kien immexxi mis-Segretarju Ġenerali tal-Federazjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Joe Bajada kkompeta fl-ewwel tappa kienet Time Trial f’Santa Maria degli Angeli f’Assisi fuq distanza ta’ 8 km. It-tieni tappa kienet Road Race f’Torgiano filwaqt li t-tielet tappa kienet Road Race ohra f’Pretola.

Aqra aktar

Kyle Camilleri u Carmelo Borg jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali Motocross 2018/2019

Nhar il-Ħadd li għadda 2 ta’ Ġunju 2019 ingħalaq l-ewwel il-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019. Għal din l-attivta Motocross bil-Bonus Points ħadu sehem 20 kompetitur maqsuma fit-tlett klassijiet. Din l-attivita ssir biex tgħati ċans lil dawk li marru inqas tajjeb fl’attivitajiet tul dan l-istaġun. Kull rider għandu dritt ibiddel ir-rizultat miksub f’din l-attivita ma dak li fl-opinjoni tar-Rider huwa mar ħazin.

Aqra aktar

Send this to a friend